Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji ta’ Rock’N Malta għas-sena 2024

pr231840
Date Icon 24/11/2023

Diversi kunċerti minn artisti lokali u internazzjonali

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-benefiċjarji ta' Rock'N Malta għas-sena 2024. Rock'N Malta huwa fond amministrat minn Festivals Malta, bil-għan li jinċentiva lil diversi organizzaturi, promoturi, artisti, u bands lokali biex jinvestu fil-mużika tal-ġeneru rock, inkluż is-sottoġeneri kollha tiegħu.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega li wara li ġew imnedija l-applikazzjonijiet f'Lulju li għadda, Festivals Malta rċieva numru sostanzjali ta' sottomissjonijiet minn diversi organizzaturi u artisti. Għas-sena li ġejja, ġew magħżula total ta' 26 proġett li ser jibbenifikaw minn dan il-fond. 

“Sa mit-tnedija ta' dan il-festival fl-2017, irnexxielna noffru s-sapport lil diversi artisti u organizzaturi lokali biex itellgħu kunċerti tar-rock u s-sottoġeneri kollha ta' dan il-ġeneru. Dan il-festival mhux biss jagħti sapport lill-artisti lokali, iżda jgħin ukoll lill-organizzaturi biex jospitaw diversi artisti ta' fama internazzjonali fix-xena tal-mużika rock," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman ta' Festivals Malta Aaron Zahra stqarr li Festivals Malta qiegħed ikompli jinvesti bis-sħiħ fil-mużika rock u s-sottoġeneri kollha tagħha. “Għandna diversi proġetti interessanti għas-sena d-dieħla li jinkludu diversi avvenimenti lokali tal-ogħla kwalità, kif ukoll bosta kunċerti kbar b'diversi artisti internazzjonali. M'għandix dubju li dawn l-avvenimenti ser ikunu suċċess. Inħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi bi ħġaru għall-avvenimenti li ser ikunu organizzati s-sena dieħla," tenna s-Sur Zahra.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Frans Agius, ħabbar id-dettalji tal-avvenimenti li ser jibbenifikaw mill-fond ta' Rock'N Malta u li ser isiru bejn Marzu u Diċembru tas-sena d-dieħla. “Rock'N Malta jagħmel parti integrali mill-kalendarju kulturali ta' Festivals Malta għax permezz tiegħu nilħqu ġeneri mużikali li normalment ma jintlaħqux mill-festivals ewlenin tagħna. B'hekk, qed inkomplu nilħqu l-mira tal-aġenzija biex noffru sapport lill-artisti u l-organizzaturi lokali u nkomplu ninvestu f'produzzjonijiet tal-ogħla kwalità," temm jgħid is-Sur Agius.

Il-benefiċjarji ta' Rock'N Malta 2024 huma:

  • The Gozo Youth Orchestra
  • Spring Festival 2024
  • Dark Malta 2024 
  • Xlokk Rocks Festival
  • Rock The South Festival
  • Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq
  • Earth Garden
  • Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae
  • Mosta Music Festival 2024
  • Rock in the Forest
  • Venti Music Fest
  • End of Summer Festival
  • Vinyl Paradise – The Power of Three: Blues Trio Phenomenon
  • Teatru Rock - Journey Through The 70s
  • Kunċertun tal-Milied – Travellers Christmas Concert
  • Time Lord by Iron Horde Promotions
  • A Symphony From Hell by Raw Not War Entertainment
  • Kunċert Vuċi għall-Annimali – A Night of Music, Compassion and Awareness
  • Malta Spectacular – The Variety Show
  • NNG Promotions
  • SoundArt Malta
  • Stones to Peppers III

Għal aktar informazzjoni fuq l-avvenimenti ta' Festivals Malta żur www.festivals.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji ta’ Rock’N Malta għas-sena 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji ta’ Rock’N Malta għas-sena 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitħabbru l-benefiċjarji ta’ Rock’N Malta għas-sena 2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow