Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta

pr231831
Date Icon 23/11/2023

L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, ippreżenta l-Ittri ta' Kredenzjali tiegħu lill-President George Vella fil-Palazz Presidenzjali, il-Belt Valletta.

Il-President Vella rrefera għall-possibilitajiet li jiżdiedu l-kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-edukazzjoni, b'mod speċjali fil-livell universitarju. Bħala Stat Membru tal-UE, Malta tħeġġeġ kanali miftuħa ta' komunikazzjoni bejn l-UE u l-Iran. Fil-livell reġjonali, Malta tagħraf li l-iżviluppi futuri fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt għandhom influwenza kruċjali fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iran. Il-President Vella ħeġġeġ lill-Iran taqdi rwol kostruttiv fl-avvenimenti li għaddejjin f'Iżrael u Gaża billi jsejjaħ għal trażżin, jimbotta miżuri għat-tnaqqis tat-tensjoni u involviment kostruttiv biex jintlaħqu soluzzjonijiet diplomatiċi nnegozjati. Il-President saħaq l-oppożizzjoni għal kull forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll il-piena kapitali.

Min-naħa tiegħu, l-Ambaxxatur Sabouri spjega l-intenzjonijiet tiegħu li jsaħħaħ l-iskambji bejn studenti f'livell terzjarju ta' edukazzjoni u rrefera għal eżempji speċifiċi bħall-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali. L-Ambaxxatur irrefera għar-rwoli ta' Malta bħala membru attiv tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala membru elett fl-interess tal-istabbiltà internazzjonali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT L-Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, Mohammad Reza Sabouri, jippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow