Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS b’satellite campus ġdid f’Shanghai, iċ-Ċina

pr231829
Date Icon 22/11/2023

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u s-Shanghai Industrial and Commercial Polytechnic li permezz tiegħu korsijiet li jiġu offruti f'pajjiżna propju fl-istess istituzzjoni ser jibdew jiġu mgħallma fiċ-Ċina.

Permezz ta' dan il-ftehim, l-ITS ser tkun qegħda tespandi t-tagħlim edukattiv tagħha barra minn xtutna. Deċiżjoni li timxi mal-istrateġija tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi 2021-2025, b'enfasi li jsir l-internazzjonalizzazzjoni ta' dan l-istess Istitut. 

F'Shanghai, l-istudenti ser ikollhom l-għażla li jirreġistraw fi programm ta' tliet snin li jiffoka fuq Higher National Diploma fl-Avvenimenti kif ukoll fl-Arti Kulturali. Jekk jgħaddu minn dan il-kors, l-istudenti ser ikollhom l-opportunità li javvanzaw l-istudji tagħhom għal-livell ta' Bachelor's Degree fil-kampus tal-ITS f'Malta.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt okkażjoni li mmarkat l-iffirmar ta' dan il-ftehim, fil-preżenza tal-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta YU Dunhai u l-President tal-iskola Shanghai Industrial and Commercial Zhang Yang.

“Minkejja ċ-ċokon tagħna, Malta mhux talli qegħda tikseb riżultati pożittivi fejn jidħol it-turiżmu iżda qegħdin nesportaw l-edukazzjoni tagħna f'pajjiżi ferm akbar minnha. L-impenn tagħna jibqa' li nsaħħu l-edukazzjoni turistika biex naċċertaw li verament naslu għas-servizz ta' eċċellenza li tant irridu fis-settur turistiku," temm jgħid il-Ministru Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS b’satellite campus ġdid f’Shanghai, iċ-Ċina
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS b’satellite campus ġdid f’Shanghai, iċ-Ċina
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS b’satellite campus ġdid f’Shanghai, iċ-Ċina
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow