Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL-FONDI EWROPEJ Il-proġett Shore-To-Ship daħal fil-fażi ta’ prova fuq il-vapuri tal-passiġġieri

pr231821
Date Icon 22/11/2023

Il-proġett Shore-to-Ship bħalissa għaddej bil-provi fuq vapuri tal-passiġġieri bi tħejjija biex jibdew jintfew il-magni u jitħaddmu bl-elettriku meta jkunu sorġuti fil-Port il-Kbir.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, waqt żjara li huma għamlu fuq is-sit waqt li għaddej il-proċess tal-ittestjar.

Din il-fażi tal-proġett qed issir wara li matul din is-sena ssokta l-proġett infrastrutturali. Dan il-proġett ser ikun qed jagħmel il-port prinċipali ta’ Malta minn tal-ewwel fl-Ewropa li jintroduċi sistema tal-elettriku mix-xatt għall-vapuri tal-passiġġieri. 

Infrastructure Malta installat din is-sistema mal-ħames mollijiet prinċipali tal-cruise liners kollha, tlieta fix-Xatt ta’ Pinto, fil-Furjana, wieħed mal-moll ta’ Xatt l-Għassara tal-Għeneb, fil-Marsa, u dak ta’ Boiler Wharf, fl-Isla. Mat-tlestija tiegħu, dan il-proġett ser jara dawn il-vapuri jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gass jew heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema tal-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, sabiex iħaddmu l-makkinarju għas-servizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port.

Dan l-investiment ambjentali ser inaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri  fil-Port il-Kbir. Permezz ta’ dan l-investiment, Infrastructure Malta qed tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.

Skont studju Ewropew li sar fl-2015 huwa stmat li kull vapur tal-passiġġieri li jqatta’ tmien sigħat sorġut fil-port idaħħan 1.2 tunnellati ta’ ossidu tan-nitroġenu, daqs li kieku għandek 300,000 karozza isuqu f’daqqa miċ-Ċirkewwa sa Marsaxlokk. Apparti li jħalli mat-30 kilo t’emissjonijiet ta’ materja partikolata (trabijiet fini fl-arja), l-istess ammont li joħroġ minn 180,000 vettura jivvjaġġaw tul l-istess rotta minn fuq s’isfel ta’ Malta.

“Dan l-investiment sinifikanti se jtaffi t-tbatija tal-familji fl-inħawi, li ilhom għal żmien twil milquta mit-tniġġis li joħroġ mill-cruise liners. Juri biċ-ċar l-impenn tal-Gvern, li mhux biss inkomplu nsaħħu s-settur marittimu, iżda naċċertaw li saħħet in-nies ma tiġix għas-skapitu tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż,” tenna l-Ministru Aaron Farrugia. 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett saħaq fuq kemm hu importani li Malta, flimkien mal-Unjoni Ewropeja, tiġbed ħabel wieħed lejn l-avvanz f’newtralità klimatika. Bl-għajnuna tal-fondi Ewropej, il-Gvern qed jappoġġja investimenti f’oqsma bħat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li jagħtu lok li jsiru diversi investimenti f’proġetti bħal ma huwa x-Shore-to-Ship li jiffoka fuq l-użu tal-enerġija nadifa fil-portijiet. 

“Il-pjan ta’ dan il-Gvern lejn it-transizzjoni ta’ Malta għal ekonomija bi klima newtrali ilu għaddej għal ħafna snin u jidher biċ-ċar b’mod partikolari fl-iżvilupp irreġistrat fl-aħħar għaxar snin fis-settur tal-enerġija” qal is-Segretarju Parlamentari Bonett.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ivan Falzon, kien ukoll preżenti għal din iż-żjara.

Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL-FONDI EWROPEJ Il-proġett Shore-To-Ship daħal fil-fażi ta’ prova fuq il-vapuri tal-passiġġieri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL-FONDI EWROPEJ Il-proġett Shore-To-Ship daħal fil-fażi ta’ prova fuq il-vapuri tal-passiġġieri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL-FONDI EWROPEJ Il-proġett Shore-To-Ship daħal fil-fażi ta’ prova fuq il-vapuri tal-passiġġieri
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow