Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar pagamenti lil eks ħaddiema li saret inġustizzja magħhom

pr231819
Date Icon 22/11/2023


Madwar 4,800 persuna ser jibbenefikaw minn ftit aktar minn €8.2 miljun, bħala parti minn pagamenti dovuti lilhom minħabba inġustizzji li sofrew fil-passat. Il-benefiċċjarji huma eks membri tal-korpi mwaqqfa qabel l-1979 u oħrajn li wara daħlu jaħdmu fis-servizz pubbliku, persuni li wkoll kienu fil-korpi iżda wara daħlu jaħdmu fis-settur pubbliku, u eks impjegati tal-Gas Board li kienu trasferiti mal-korporazzjoni Enemalta.

Għall-ewwel darba, din is-sena se jibbenefikaw ħaddiema li kienu daħlu mal-Korporazzjoni Telemalta bejn Jannar tal-1978 u Jannar tal-1979, iżda naqsu li jikkwalifikaw għall-pensjoni tas-servizz.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar l-Erbgħa filgħodu.

“Din il-wegħda qed tinżamm għas-seba’ sena konsekuttiva. Fi tmiem din il-ġimgħa mill-ġdid ser jerġgħu jsiru pagamenti lil dawk il-persuni li sofrew inġustizzji jew anomaliji fl-impjieg tagħhom qabel Marzu tal-2013. B’kollox ser ikunu tħallsu aktar minn €42.7 miljun,” stqarr  il-Ministru Michael Falzon.

Intant, bl-għeluq tal-iskema tas-servizz pubbliku, b’kollox ingħalqu erba’ skemi mibdija fl-2017 li jinkludu dawk  għal membri tal-korp tal-pulizija, għall-eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board u dawk tax-xatt.  

Il-Ministru Michael Falzon temm jgħid illi permezz tat-twettiq ta’ din il-miżura, ġew implimentati l-miżuri kollha fdati lill-Ministeru Soċjali għal din is-sena, xhieda oħra ta’ kemm dan il-Gvern jwettaq dak kollu illi jwiegħed.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Aktar pagamenti lil eks ħaddiema li saret inġustizzja magħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow