Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tisħaq fuq il-bżonn ta' proċess ekwu u trasparenti fit-tfassil tal-kwoti tas-sajd

pr231814
Date Icon 21/11/2023

Il-Ministru Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said, attendew għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew għall-Agrikoltura u s-Sajd ġewwa Brussell.

Waqt il-laqgħa, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo saħaq li s-settur agrikolu għandu jkompli jingħata l-importanza u l-attenzjoni meħtieġa. Semma wħud mill-miżuri li ttieħdu f'pajjiżna f'dan il-qasam. “Irridu naraw li s-settur agrikolu jkun iżjed sostenibbli u vijabbli, filwaqt li nkomplu nħarsu l-ambjent," tenna l-Ministru Refalo.

Il-Ministri għall-Agrikoltura ddiskutew ukoll kif jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tas-settur agrikolu, anke fl-isfond tal-Green Deal, b'mod partikolari f'żoni rurali li għandhom diffikultajiet ekonomiċi u infrastrutturali.

Rigward is-settur tas-sajd, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said enfasizzat li pajjiżna qed jopponi kwalunkwe bidla fl-allokazzjoni tal-kwota Ewropea tat-tonn, kif proposta minn numru ta' pajjiżi nordiċi. Hija fakkret l-isforzi li s-sajjieda Maltin u Għawdxin ilhom jagħmlu għal snin twal biex jipproteġu l-istabbilità relattiva tal-Unjoni u jirkupra t-tonn.

Is-Segretarju Parlamentari kompliet tisħaq illi l-iffissar ta' kwoti tas-sajd għandhom jimxu mal-prinċipju primarju ta' sostenibbiltà, kif indikati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd. Dan bil-għan li jilħaq bilanċ bejn il-kunsiderazzjonijiet ambjentali, ekonomiċi, u soċjali fl-użu u l-immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd fl-Unjoni Ewropea. “Meta l-kwoti jiġu stabbiliti f'konformità mal-pariri xjentifiċi, is-sajd żejjed jista' jiġi evitat, u b'hekk nassiguraw is-saħħa u r-reżiljenza tal-ekosistemi tal-baħar."

Hija laqat b'sodisfazzjon l-qbil li ntlaħaq mal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran dwar kundizzjonijiet ekwi ma' pajjiżi terzi fuq l-istokkijiet tal-ħut kondiviżi, fosthom dwar is-sajd tal-lampuki, stokk ferm importanti għas-sajjieda Maltin u Għawdxin.

Is-Segretarju Parlamentari saħqet li Malta se tkun qed isegwi in-negozjati tekniċi dwar il-kwoti tas-sajd, qabel ma l-Kompromess finali  jkun uffiċjalment preżentat waqt il-Kunsill Ewropew li jmiss. “Se nkomplu nassiguraw li s-sajjieda Maltin, kif ukoll dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jimirħu fis-settur, ikollhom serħan ta' moħħ għall-preżent u l-futur tas-settur," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tisħaq fuq il-bżonn ta' proċess ekwu u trasparenti fit-tfassil tal-kwoti tas-sajd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tisħaq fuq il-bżonn ta' proċess ekwu u trasparenti fit-tfassil tal-kwoti tas-sajd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta tisħaq fuq il-bżonn ta' proċess ekwu u trasparenti fit-tfassil tal-kwoti tas-sajd
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow