Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-ittestjar tal-verġinità ser issir illegali f’Malta

pr231806
Date Icon 20/11/2023

Ser jitressaq abbozz ta' liġi għall-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati li ser jikkriminalizza l-ittestjar tal-verġinità.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg ħabbret dan f'konferenza tal-aħbarijiet. Hija qalet li din il-liġi ser tagħti sinjal ċar kontra prattika diskriminatorja li tikkawża trawma, umiljazzjoni u uġigħ għan-nisa u l-bniet. 

“Dan huwa abbuż li jammonta għal vjolenza sesswali u ma għandu qatt jiġi tollerat jew aċċettat taħt l-ebda ċirkustanza," żiedet tgħid Rebecca Buttigieg. Hija spjegat li dan it-test isir bl-impressjoni żbaljata li wieħed jista' jiddetermina jekk tfajla qattx kellha interkors sesswali.

Is-segretarju parlamentari spjegat li ġeneralment l-eżami tal-verġinità jkun impost fuq nisa u bniet f'soċjetajiet fejn in-nisa huma meqjusa bħala propjetà ta' missierhom jew ta' żewġhom u għad għandhom ideat  sterjotipati dwar is-sesswalità. Kompliet tgħid li medikament dan it-test ma għandu ebda bażi xjentifika waqt li jikser id-drittijiet tal-bniedem.

Is-segretarju parlamentari temmet tgħid li b'din il-liġi ser titwettaq wegħda oħra tal-Manifest Elettorali, u Malta, bħal uħud mill-pajjiżi Ewropej, ser tkun minn ta' quddiem li jkollha din il-liġi kif rakkomandat  minn aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda fosthom l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, id-WHO.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-ittestjar tal-verġinità ser issir illegali f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow