STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Jitnieda Qafas ta’ Politika għat-tfal 2024-2030 għall-konsultazzjoni pubblika
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal nieda il-“Qafas ta' Politika għat-Tfal 2024-2030: Ninvestu fit-Tfal Tagħna għal Futur Aħjar" għall-konsultazzjoni pubblika. Dan id-dokument jinkludi l-pjan ta' azzjoni tal-Gvern biex jiżgura li l-Istat ikompli jipproteġi lit-tfal u jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li l-Qafas ta' Politika għat-Tfal 2024-2030 għandu l-għan li jissalvagwardja d-drittijiet ta' kull tifel u tifla, billi jiżgura li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni ta' kwalità, kura tas-saħħa, u appoġġ soċjali. Kif ukoll li jinħoloq ambjent inklużiv fejn kull tifel u tifla jkunu jistgħu jirnexxu u jeċċellaw, irrispettivament mill-ambjent soċjali li jkunu ġejjin minnu. “Billi jiffoka fuq dawn l-aspetti kruċjali, il-gvern irid irawwem ġenerazzjoni ta' individwi kunfidenti, ta' kompassjoni u kapaċità sabiex 'il quddiem ikunu jistgħu jmexxu s-soċjetà tagħna lejn il-progress u l-prosperità," tenna l-Ministru Falzon.
Il-Qafas tal-Politika tat-Tfal 2024-2030 jiffoka fuq erba' prijoritajiet ewlenin:
- Titjib tal-Benesseri tat-Tfal
- Appoġġ għall-Familji bit-Tfal
- Nipprovdu Ambjent Aħjar għat-Tfal
- Tisħiħ tal-Parteċipazzjoni tat-Tfal
Dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika huwa pass kruċjali biex jiġi żgurat li l-politiki u l-programmi mfassla għat-tfal jirriflettu tassew il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu feedback fir-rigward tal-Qafas tal-Politika tat-Tfal 2024 - 2030 sal-21 ta' Diċembru 2023. Aktar dettalji jinsabu hawn.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en