Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: 74 ħaddiem soċjali jingħataw il-warrant

pr231799
Date Icon 18/11/2023

74 ħaddiem soċjali ngħataw il-warrant sabiex issa jistgħu jibdew jipprattikaw il-professjoni ta' social worker, qasam illi tant għandu bżonn aktar ħaddiema fis-settur.

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ippreżenta l-warrants lill-istudenti li gradwaw wara li temmew il-kors tagħhom għal dan l-aħħar erba' snin b'suċċess. Kors illi mhux biss jinkludi teorija imma anke sigħat sħaħ ta' prattika f'diversi oqsma soċjali fil-komunità, speċjalment dawk tat-tfal, tal-vizzji, diżabilità u terapija tal-familja, fost ħafna aktar servizzi.

F'Malta hawn mas-700 ħaddiem soċjali li qed jaħdmu fuq bażi full-time, filwaqt li aktar studenti jinsabu fil-perjodu t'esperjenza tax-xogħol ta' sentejn, qabel ma jingħataw il-warrant.

Il-Ministru Michael Falzon faħħar is-sehem ta' kull persuna li tiddedika ħajjitha għal din il-missjoni, illi tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies mill-qrib u spjega kif dan il-Gvern  qed ikompli jinvesti fis-settur, tant illi żied l-istipendju għal €187 kull erba' ġimgħat.

“Dan il-gvern ser ikompli jagħti sapport lil din il-professjoni bil-għan li jissalvagwardja l-interessi ta' dawk l-aktar vulnerabbli u li jeħtieġu għajnuna kontinwa. Din il-professjoni jixirqilha kull investiment għax minnha nnifisha hija arti ta' smigħ u xjenza ta' tama, u għaldaqstant xejn u ħadd ma jieħu post il-kuntatt uman ma' professjonisti li kapaċi jidħlu fiż-żarbun tal-individwu," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-Bord tas-Social Workers Mike Orland tenna li l-professjonijiet soċjali bl-integrità tagħhom jagħtu l-aqwa servizz ħolistiku lill-klijenti. Huwa faħħar is-sehem ta' kull min jidħol għal din il-professjoni u inkoraġġixxa aktar studenti jidħlu għal din il-professjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: 74 ħaddiem soċjali jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: 74 ħaddiem soċjali jingħataw il-warrant
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow