Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Laqgħa Bilaterali ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta u l-Corte dei Conti tal-Italja

pr231791
Date Icon 16/11/2023

Bejn l-15 u s-16 ta' Novembru 2023, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta' Malta (NAO)  laqa' fl-uffiċċju tiegħu fil-Furjana, delegazzjoni mill-Corte dei Conti tal-Italja għal laqgħa bilaterali. Din il-laqgħa serviet bħala pjattaforma biex ġiet estiża l-kooperazzjoni, ġew skambjati l-għarfien, u ssaħħet il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fuq kwistjonijiet kruċjali relatati mal-verifika tas-settur pubbliku.

Id-delegazzjoni Taljana, magħmula mill-President tal-Corte dei Conti, is-Sur Guido Carlino u l-Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet Internazzjonali, is-Sur Mauro Orefice, intlaqgħet mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara u l-Uffiċjal għall-Affarijiet Esterni u Riċerka tal-NAO, is-Sur Brian Vella. Saru diskussjonijiet estensivi bejn id-delegazzjoni Taljana u uffiċjali għolja tal-NAO li mmarkaw il-bidu ta' programm komprensiv immirat biex jesplora interessi komuni. Matul iż-żjara tagħha, id-delegazzjoni Taljana, akkumpanjata mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, kellha wkoll laqgħa mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.

Din il-laqgħa bilaterali emfasizzat l-impenn kemm tal-NAO kif ukoll tal-Corte dei Conti tal-Italja biex isaħħu aktar il-kollaborazzjoni bilaterali tagħhom, it-trasparenza, u l-insegwiment tal-eċċellenza fl-awditjar tas-settur pubbliku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Laqgħa Bilaterali ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta u l-Corte dei Conti tal-Italja
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Laqgħa Bilaterali ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika ta’ Malta u l-Corte dei Conti tal-Italja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow