Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej tad-Difiża

pr231787
Date Icon 15/11/2023

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri attenda l-laqgħa tal-Ministri Ewropej għad-Difiża bħala parti mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, li saret fi Brussell. Waqt din il-laqgħa tal-Kunsill, il-Ministru Camilleri flimkien mal-Ministri l-oħra tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, iddiskuta l-għajnuna li qed tingħata l-Ukrajna sabiex tkun tista' tiddefendi t-territorju tagħha u l-popolazzjoni ċivili kontra l-aggressjoni mir-Russja.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li Malta se tibqa' toffri l-għajnuna f'dawk l-oqsma li tista' b'konformità mal-obbligi Kostituzzjonali.

Il-Ministru Camilleri rrefera wkoll għall-isforzi ta' Malta sabiex tappoġġja l-Formula ta' Paċi tal-President Zelensky, dan permezz tat-tielet laqgħa għall-Konsulenti tas-Sigurtà Nazzjonali, li saret b'suċċess f'Malta. Il-Ministru Camilleri enfasizza l-bżonn li s-sapport li l-Unjoni Ewropea tipprovdi lill-Ukrajna jkun ibbażat fuq ippjanar fit-tul u li jinkludi l-prijoritajiet u l-isfidi li huma ta' importanza għall-Istati Membri. Huwa rrimarka li l-Unjoni Ewropea qed taffaċċja sfidi li jolqtu s-sigurtà tagħha, liema sfidi ġejjin minn bnadi differenti u li dawn għandhom jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom.

Il-Ministru pparteċipa wkoll fid-diskussjoni dwar l-iżviluppi kurrenti fil-Lvant Nofsani, il-Balkani tal-Punent u l-Afrika. Waqt din id-diskussjoni intwera t-tħassib dwar is-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà fis-Saħel u l-Lvant Nofsani, liema sitwazzjoni qiegħda dejjem tmur għall-agħar.

Il-Ministru Camilleri saħaq li l-attakk terroristiku tal-Hamas fuq l-Iżrael huwa kundannabbli. Madankollu, l-ebda attakk terroristiku jew biex wieħed jiddefendi ruħu m'għandu jwassal għall-qtil ta' mijiet ta' tfal innoċenti  u nies ċivili. Il-Ministru Camilleri saħaq li għandna ninsistu fuq djalogu, li jwassal għal waqfien mill-ġlied u finalment għas-soluzzjoni li jinħolqu  żewġ stati.

Il-Ministri tad-Difiża ddiskutew ukoll l-iżvilupp tar-Rapid Deployment Capacity li hija faċilità konġunta maħsuba biex tipprovdi lill-Istati Membri tal-UE l-kapaċità li jassistu liċ-ċittadini Ewropej f'mumenti ta' emerġenza. Il-Ministru Camilleri nnota wkoll li l-Forzi Armati ta' Malta taw il-kontibut tagħhom permezz ta' tim mediku fl-eżerċizzju konġunt. Il-Ministri ddiskutew ukoll il-prijoritajiet dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' Difiża, primarjament permezz ta' akkwist konġunt bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej tad-Difiża
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jattendi għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej tad-Difiża
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow