Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha

pr231786
Date Icon 15/11/2023

Il-President ta' Malta George Vella ppresjeda ċ-ċerimonja tal-investitura tal-Midalja tad-Deheb 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti' 2023, li din is-sena ngħatat lis-Sur Charles Casha għall-ħidma tiegħu b'risq il-letteratura Maltija u l-ilsien Malti.

“Il-pinna tas-Sur Casha ddur mal-umanità, mas-sitwazzjonijiet u l-karattri ferm attwali għal żmienna. Imnebbħa mill-osservazzjonijiet dwar il-ħajja ta' kuljum u għaldaqstant nistgħu nqisuha bħala riflessjoni dwar imġiebet il-bnedmin", stqarr il-President Vella.

Il-President qal li bħalma s-Sur Casha sawwar il-karattri tal-kitbiet tiegħu mir-realtà li ltaqa' magħha ta' kuljum, “ma rridux ninsew kemm sawwar karattri ta' studenti f'valuri li ma jinbidlux mal-moda jew maż-żmien għaliex għas-Sur Casha, hekk kif għandu jkun, li timxi maż-żminijiet ma jfissirx li tkisser il-valuri tajbin u fundamentali."

Huwa żied jawgura li l-karattri li fforma bħala edukatur ikomplu jħaddnu l-valuri li tgħallmu mingħandu.

Tul is-snin, il-Midalja tad-Deheb 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti' ngħatat, fost l-oħrajn, lill-Professur Oliver Friggieri, Trevor Zahra, Lina Brockdorff, lill-Professur Manwel Mifsud u lill-Professur Albert Borg.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jippreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2023 lill-kittieb Charles Casha
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow