Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Malta Ġusta: Aktar proġetti għar-residenti fil-qalba tal-lokalitajiet

pr231784
Date Icon 14/11/2023

F'konferenza tal-aħbarijiet b'rabta mal-miżuri tal-Budget 2024, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li l-allokazzjoni tal-budget fir-rigward tal-Gvern Lokali żdiedet b'€7 miljun mill-budget preċedenti. Din hija l-akbar allokazzjoni li qatt kellu l-qasam tal-Gvern Lokali, mill-bidu nett tal-Kunsilli Lokali f'pajjiżna.

“Dan il-Gvern jemmen li l-Kunsilli Lokali huma l-estensjoni ta' ħidmietu fuq bażi lokali, fit-68 lokalità madwar Malta u Għawdex u din iż-żieda tirrifletti l-fiduċja ta' dan il-Gvern fil-Kunsilli Lokali," qalet is-Segretarju Parlamentari.

Matul din is-sena, l-Gvern iffinanzja diversi skemi għall-Kunsilli Lokali u Reġjonali li permezz tagħhom twettqu diversi attivitajiet, proġetti u inizjattivi fil-qalba tal-lokalitajiet. Fosthom l-iskema finanzjarja għal 'Komunitajiet Aktar Siguri u Organizzati', li ġiet varata għall-ewwel darba din is-sena, b'fond ta' ftit aktar minn €323,000. Is-Segretarju Parlamentari ħabbret li 37 kunsill lokali minn madwar Malta u Għawdex ibbenefikaw minn din l-iskema.

Għas-sena 2024, is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli spjegat li ser tkompli l-implimentazzjoni tal-Viżjoni Strateġika, li ser twassal dan il-qasam sal-2030. Hija għamlet referenza wkoll għall-elezzjonijiet tat-68 Kunsilli Lokali li se jsiru f'Ġunju li ġej u appellat għad-diversità fir-rappreżentanza, kemm fir-rappreżentazzjoni tal-ġeneri, u kif ukoll f'rappreżentanza li tirrifletti ġenerazzjonijiet differenti.

Ġie spjegat ukoll li d-Diviżjoni tal-Gvern Lokali ser tkun qed taħdem sabiex tiġi żviluppata pjattaforma diġitali komuni. Dan sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jaċċessaw online servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali. Ser tkompli l-ħidma wkoll sabiex aktar Kunsilli Lokali f'pajjiżna jiksbu l-award tant prestiġjuż tal-European Label Governance of Excellence, magħruf bħala l-ELOGE.

Ser ikompli jingħata wkoll taħriġ speċifiku lill-ħaddiema kollha tal-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jkunu effiċjenti u effikaċi, bħala l-ewwel punt ta' referenza għar-residenti. Fis-sena li ġejja ser ikomplu jinħarġu wkoll sejħiet sabiex jimtlew postijiet vakanti ta' segretarji eżekuttivi f'kull Kunsill Lokali u Reġjonali.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli temmet tgħid li permezz ta' din iż-żieda bla preċedent fl-allokazzjoni għal dan il-qasam ser tassigura li dawn il-Gvernijiet Lokali jkomplu jkunu mgħammra bl-għodda neċessarja sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti, jibqgħu jagħtu servizz effiċjenti lir-residenti u jkomplu jsebbħu l-komunitajiet tagħna.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Malta Ġusta: Aktar proġetti għar-residenti fil-qalba tal-lokalitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Malta Ġusta: Aktar proġetti għar-residenti fil-qalba tal-lokalitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Malta Ġusta: Aktar proġetti għar-residenti fil-qalba tal-lokalitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow