STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jinnota l-aġir irresponsabbli u giddieb tal-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-settur tal-edukazzjoni meta għamel referenza għal żidiet ivvintati dwar proposti għall-edukaturi fil-ftehim settorjali li qed jiġi diskuss bħalissa.
Tali dikjarazzjonijiet mhux veritiera ma jagħmlu xejn ħlief juru nuqqas ta' etika u rispett lejn l-edukaturi f'dan il-mument tant delikat. Minflok l-Oppożizzjoni wriet sensittività u maturità, iddeċidiet li tfajjar ċifri li mhumiex veritiera u li saħansitra huma 'l bogħod minn dak diskuss fuq il-mejda tan-negozjati.
Il-Gvern jibqa' kommess u impenjat li jkompli jirrikonoxxi l-irwol ċentrali tal-edukaturi fis-soċjetà u jibqa' jfittex qbil li jwassal għal titjib sostanzjali u sostenibbli fil-kundizzjonijiet ta' dawn il-professjonisti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en