STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja artistika b’risq id-Dar tal-Providenza 2023
Fil-bini tal-Parlament ta' Malta qed tittella' Wirja Artistika b'risq id-Dar tal-Providenza. Bħal kull sena, diversi artisti Maltin u barranin joffru xogħlijiet tagħhom, kemm pittura, skultura u opri fiċ-ċeramika, biex issir din il-wirja li dawn l-aħħar snin saret fis-sala tal-wirjiet fil-Parlament ta' Malta. Lejn l-aħħar tas-sena, dawn l-opri tal-arti ser jinbiegħu b'irkant (araw il-website tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi) u d-dħul kollu jingħata b'risq id-Dar tal-Providenza għal ħtiġijiet tar-residenti tagħha.
Għalhekk, il-pubbliku hu mistieden biex iżur din il-Wirja Artistika b'risq id-Dar tal-Providenza fil-bini tal-Parlament ta' Malta mil-lum, it-Tlieta, 14 ta' Novembru 2023 sal-Ħamis, 30 ta' Novembru 2023, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00 ta' filgħodu u s-6:00 ta' filgħaxija, Sibtijiet, Ħdud u Festi Pubbliċi bejn id-9:00 ta' filgħodu u n-nofsiegħa (12.30).
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en