Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fil-bidu tas-sena mistenni jibda l-finishing fuq blokka ta’ housing soċjali f’taċ-Ċawla

pr231773
Date Icon 13/11/2023

Proġett li jinkludi wkoll titjib ta’ spazji miftuħa fiż-żona

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar il-proġett ta’ riġenerazzjoni taż-żona Taċ-Ċawla u ħabbar li sal-aħħar tas-sena se jkun lest ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-blokka ta’ 8 appartamenti biex eventwalment jibda x-xogħol tal-finishing. Dan il-proġett, b’investiment ta’ madwar €1.2 miljun, huwa mmirat kemm biex tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll biex jiġi mmodernizzat u jingħata aktar spazju pubbliku lin-nies.

“Tliet xhur ilu bdejna l-proġett taċ-Ċawla u sa xahar ieħor se tkun lesta l-kostruzzjoni ta’ tmien appartamenti li se jkunu aċċessibbli bil-lift, sabiex jospitaw il-familji f’din il-blokka l-ġdida. Però, aktar minn hekk se jibda t-tisbiħ tal-madwar, taż-żona taċ-Ċawla, sabiex il-familji li joqogħdu hawnhekk jingħataw ambjent mill-isbaħ u aktar spazji rikreattivi,” stqarr il-Ministru Clint Camilleri.

Il-Ministru spjega li permezz ta’ dan il-proġett mhux biss se tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali għall-Għawdxin stess iżda se jingħata spazju isbaħ għal kulħadd. 

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni taż-Żona taċ-Ċawla qed isir fuq medda ta' art ta’ 3,750 metru kwadru. 330 metru kwadru, jiġifieri 9% tal-ispazju eżistenti ser ikun iddedikat għall-akkomodazzjoni soċjali. Il-kumplament tal-ispazju, dak ta' tliet tomniet, qed jiġi ġġenerat bi playing field, outdoor gyms, żona rikreattiva b'water features kif ukoll landscaping estensiv.

Huwa fakkar li permezz ta’ dan il-proġett qed jiġi mmodernizzat u mkabbar il-football pitch eżistenti wkoll, fejn se jkun qiegħed jitkabbar b’150 metru kwadru għal 850 metru kwadru. Barra minn hekk, se jiżdiedu wkoll is-siġar fiż-żona kif ukoll ammont ta’ arbuxelli u se tiġi installata sistema ta’ dawl ġdida.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li dan il-proġett ħolistiku jikkumplimenta l-viżjoni tal-Gvern biex joħloq aktar spazji rikreattivi għall-familji Għawdxin u Maltin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fil-bidu tas-sena mistenni jibda l-finishing fuq blokka ta’ housing soċjali f’taċ-Ċawla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fil-bidu tas-sena mistenni jibda l-finishing fuq blokka ta’ housing soċjali f’taċ-Ċawla
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fil-bidu tas-sena mistenni jibda l-finishing fuq blokka ta’ housing soċjali f’taċ-Ċawla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow