Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Allowance ta’ €500 għal tliet snin għal ġenituri ta’ studenti li jkomplu jistudjaw

pr231764
Date Icon 10/11/2023

Il-Gvern se jkompli jgħin lill-ġenituri ta' studenti li jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena, permezz ta' benefiċċju ġdid, li jammonta għal €500 għal perjodu ta' 3 snin. Il-ġenituri se jkunu eliġibbli għal dan l-Allowance Speċjali jekk uliedhom ikomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja.

Din l-Allowance Speċjali se tingħata sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jkunu studenti full-time f'xi istituzzjoni edukattiva tal-Gvern jew privata, li tkun rikonoxxuta mill-Malta Further and Higher Education Authority.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, (MCAST), mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li l-ġenituri ta' dawk li bdew l-ewwel sena tal-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom mis-sena skolastika preżenti u għandhom 16-il sena, se jitħallsu €500 fl-2024, fl-2025 u fl-2026 (dejjem jekk uliedhom jibqgħu jistudjaw), total ta' €1,500 fuq tliet snin.

Il-ġenituri ta' dawk li bdew it-tieni sena tal-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom mis-sena skolastika preżenti u għandhom 17-il sena, se jitħallsu €500 fl-2024 u fl-2025 (dejjem jekk uliedhom jibqgħu jistudjaw), total ta' €1,000 fuq sentejn.

Il-ġenituri ta' dawk li forsi rrepetew xi sena post-sekondarja jew bdew l-ewwel sena fl-edukazzjoni terzjarja mis-sena skolastika preżenti u għandhom 18-il sena, se jitħallsu €500 darba fl-2024.

“Dan il-Gvern lest li jkompli jinvesti f'dak li huwa soċjali, anke fejn tidħol l-edukazzjoni, għax din hija ċ-ċavetta għas-suċċess. B'mod konkret qed inkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna, filwaqt li ngħinu lill-ġenituri jkomplu jassistu lill-uliedhom fl-istudji tagħhom," qal il-Ministru Michael Falzon.

Il-ħlasijiet se jibqgħu jsiru kull sena, jiġifieri min imbagħad jagħlaq 16-il sena fl-2024 u jibda l-ewwel sena post-sekondarja f'Ottubru tas-sena d-dieħla, il-ġenituri tiegħu wkoll jibdew jirċievu l-benefiċċju mill-2025 'il quddiem għal 3 snin sakemm ikun għadhom jistudjaw. Il-benefiċċju se jitħallas sa massimu ta' 3 snin.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima qal, “Kemm fil-leġislatura li għaddiet kif ukoll f'din il-leġislatura, qed naraw li nagħtu sostenn lill-istudenti u lill-familji tagħhom f'mument delikat fejn ikunu qed iħarsu lejn il-futur tagħhom. Qed nagħmlu dan bl-istipendji, qed nagħmlu dan permezz ta' scholarships u grants u b'diversi skemi oħrajn biex intaffu l-piżijiet finanzjarji u ninkoraġġixxu lill-istudenti jkomplu l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja."

Il-ġenituri ta' tfal li jkunu qed jattendu f'istituzzjoni edukattiva tal-Gvern ma jkunx hemm bżonn li japplikaw għall-benefiċċju għaliex meta jiġi l-waqt, jitħallas awtomatikament.

Ġenituri li għandhom uliedhom jattendu f'xi istituzzjoni edukattiva privata, ikun hemm il-bżonn li japplikaw għall-benefiċċju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Allowance ta’ €500 għal tliet snin għal ġenituri ta’ studenti li jkomplu jistudjaw
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Allowance ta’ €500 għal tliet snin għal ġenituri ta’ studenti li jkomplu jistudjaw
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow