Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET L-industrija tal-gaming tiġġenera €1.5 biljun fl-ekonomija … imniedi kodiċi ta’ ESG għas-settur tar-remote g

pr231753
Date Icon 08/11/2023

L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob illum nediet kodiċi volontarju ta' ESG għas-settur ta' remote gaming. Dan il-kodiċi se jkun qed iservi bħala punt ta' referenza biex l-operaturi jevalwaw, jirrapportaw u jtejbu l-prassi tagħhom fejn jidħlu prinċipji ta' ħarsien tal-ambjent, ħarsien soċjali u li jippromwovi l-governanza tajba.

Waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet, fejn ġie mniedi dan il-kodiċi, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li l-ambjent, l-element soċjali u dak ta' governanza tajba rajniehom ukoll bħala pilastri ewlenin anke fil-budget Malta Ġusta, budget li permezz tiegħu qed inkomplu ninċentivaw l-ekonomija ta' għada permezz ta' strateġija lejn setturi ġodda, bħan-niċeċ ekonomiċi ġodda li qed joħorġu mis-settur tal-gaming.

“Matul is-sena li għaddiet il-valur miżjud iġġenerat mill-industrija tal-gaming kien ta' €1.5 biljun. Dan filwaqt li huwa settur li jiġġenera wkoll impjiegi ta' kwalità. Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, 11,200 persuna kienu qed jaħdmu b'mod dirett f'dan is-settur. Ċifra li titla' għal kważi 16,000 jekk nikkunsidraw l-impjiegi indiretti ġġenerati minn din l-industrija," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Huwa spjega kif illum minn dan is-settur qed nifirxu lejn niċeċ ekonomiċi ġodda fosthom l-esports u l-video game development. Fil-qasam tal-esports, bil-ftehim milħuq mal-ESL Pro League Season, fejn il-finali qiegħda ssir f'Malta, sirna ċentru importanti għal din l-industrija.

Fuq il-video game development, il-Ministru Schembri qal li pajjiżna attira diġà ismijiet kbar bħal Dorado games, Narc, Anvil u Keyword Studios. “Diġà għandna 250 persuna jaħdmu f'dan is-settur f'pajjiżna u l-mira tagħna hija li dan is-settur jikber sa 1% tal-GDP sal-2028.

Il-Ministru Schembri rringrazzja lill-awtorità tax-xogħol tagħha mhux biss fil-qasam regolatorju, iżda wkoll fix-xogħol siewi li tagħmel biex tara li dan is-settur jkompli jissaħħaħ u jaddotta prattiċi tajbin.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob Carl Brincat qal li madwar l-industriji qed jikber aktar il-bżonn lejn aktar trasparenza u kontabilità meta jkunu indirizzati kwistjonijiet soċjali u ambjentali.

“L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob dejjem kienet fuq quddiem biex tmexxi l-innovazzjoni u l-progress fil-qasam regolatorju. Xogħolna mhux biss li nissorveljaw l-industrija tal-gaming, iżda anke li nindukrawha u li noffru spazju fejn l-operaturi b'liċenzja f'pajjiżna jibqgħu jikbru b'mod san, filwaqt li jibqgħu jkunu protetti l-esiġenzi soċjali ta' din l-industrija. Il-kodiċi volontarju tal-ESG li nedejna llum jgħinna propju biex nilħqu dan il-għan," qal is-Sur Carl Brincat.

Il-Kap tal-Politika u Affarijiet Internazzjonali tal-Awtorità Maltija, dwar il-Logħob Kinga Warda spjegat l-iżvilupp tal-kodiċi tal-ESG u kif dan kien eżerċizzju ta' kollaborazzjoni estensiva mal-industrija tal-gaming.

“Il-proċess kien jinvolvi fażijiet differenti biex inkunu żguri li l-kodiċi jirrifletti l-ħtiġijiet tal-industrija tar-remote gaming f'pajjiżna u li jkun ukoll fl-istess linja mar-rwol tagħna ta' regolatur ta' dan is-settur," qalet is-Sinjura Kinga Warda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET L-industrija tal-gaming tiġġenera €1.5 biljun fl-ekonomija … imniedi kodiċi ta’ ESG għas-settur tar-remote g
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET L-industrija tal-gaming tiġġenera €1.5 biljun fl-ekonomija … imniedi kodiċi ta’ ESG għas-settur tar-remote g
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow