Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-ikbar żieda fiċ-children’s allowance fl-istorja ta’ pajjiżna b’Budget għal Malta Ġusta

pr231752
Date Icon 08/11/2023

Il-familji huma fost l-aktar li gawdew u ser ikomplu jgawdu minn diversi miżuri li huma mmirati sabiex isaħħu l-livell ta' għajxien. Miżuri li dejjem raw lill-familja bħala prijorità u li jkunu ta' sostenn. Dan kien il-qofol tal-messaġġ f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u li matulha elenka miżuri bħaċ-children's allowance u l-bonus tat-twelid u l-adozzjoni li se jkomplu jissaħħu mis-sena d-dieħla.

Il-Ministru Michael Falzon tenna li dan il-Gvern se jkompli jinvesti fit-tfal filwaqt li ser jibqa' jibni fuq il-legat ta' Gvernijiet li taw l-għajnuniet, fejn aktar minn ħamsin sena ilu introduċew iċ-Children's Allowance u l-Paga Minima fost oħrajn.

''Nemmnu li din l-allowance għandu jgawdi minnha kulħadd, irrelevanti d-dħul tal-ġenituri jew ta' dawk li għandhom kura tat-tfal. Niftakru żmien taħt Amministrazzjoni preċedenti fejn mhux kull familja kienet tibbenefika minn children's allowance sħiħ, għax rabtu dan il-benefiċċju mad-dħul tal-ġenituri u mhux mat-tfal. Aħna biddilna dan minn ħames snin ilu u ser nibqgħu nsaħħuh'', sostna il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministru Michael Falzon spjega kif mis-sena d-dieħla dan il-Gvern se jżid din l-allowance b'€250 kull wild. Din hija l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-ħamsin sena li ilu jeżisti dan il-benefiċċju u ser tolqot aktar minn 41,000 familja bi 62,000 tifel u tifla. Dawn ser igawdu minn sostenn ta' €15.5 miljun.

Apparti ċ-children's allowance, kien spjegat li ser tingħata żieda oħra fil-bonus għat-twelid u adozzjoni. Għat-tieni darba dan il-bonus ser jiżdied minn €400 għal €500 għal għall-ewwel wild u minn €400 għal €1,000 għat-tieni wild ġdid jew aktar fil-familja. Din il-miżura mistennija tolqot madwar 3,200 familja.

Il-Ministru Michael Falzon tkellem ukoll dwar it-twessiegħ għal krediti tat-trobbija sabiex ġenituri li l-ewwel bnew familja u mbagħad daħlu fid-dinja tax-xogħol, ikunu wkoll intitolati għal dawn il-krediti tat-trobbija minħabba li sal-lum mhumiex.

Intant waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet, ingħatat informazzjoni dwar miżuri oħrajn li komplew jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-familji, ewlenija fosthom il-garanzija għat-tfal u ż-żgħażagħ, it-tisħiħ fl-in-work benefit u l-fostering allowance.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL L-ikbar żieda fiċ-children’s allowance fl-istorja ta’ pajjiżna b’Budget għal Malta Ġusta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow