STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA: Rapporti ta’ segwitu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika - 2023 (Volum II)
L-Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia t-tieni volum ta' rapporti ta' segwitu għas-sena 2023, li jinkludi r-riżultati ta' ħames rapporti ta' segwitu b'rabta ma' verifiki li twettqu fl-aħħar snin.
Bħalma kien fil-każ tal-ewwel ġabra ta' rapporti ta' segwitu, l-iskop kien li jevalwa kemm ġiet segwita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet prinċipali li l-Uffiċċju kien għamel fir-rapporti oriġinali.
Saret analiżi tar-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn dan l-Uffiċċju fuq il-verifiki ta' Teknoloġija Informatika u ta' Prestazzjoni li ġejjin:
Verifika ta' rapport ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Informazzjoni Teknoloġika
- IT Audit - Armed Forces of Malta
Verifika ta' rapporti ta' segwitu mis-Sezzjoni tal-Verifika ta' Prestazzjoni
- Tackling Child Abuse
- Is LESA suitably geared to perform its traffic enforcement function adequately?
- Fulfilling obligations in relation to asylum seekers
- Community Care for Older Persons
L-NAO jinnota li, fil-każ ta' verifiki inklużi f'dan ir-rapport, 84 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu jew ġew implimentati, bis-sħiħ jew parzjalment, jew kienu fil-proċess li jiġu implimentati mill-ministeri jew mill-entitajiet konċernati.
Din il-pubblikazzjoni hi aċċessibbli minn fuq is-sit uffiċjali tal-NAO www.nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en