Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta Ġusta: Budget bl-ikbar investiment fit-teknoloġija bħala għodda ta’ prevenzjoni għall-kriminalità, u l-ugwaljanza

PR231739
Date Icon 06/11/2023

Permezz tal-Budget għas-sena d-dieħla se jissokta l-investiment bla preċedent fis-sigurtà ta' pajjiżna, fil-ħaddiema li jaħdmu f'dan il-qasam u f'għodod teknoloġiċi ġodda ta' prevenzjoni għall-kriminalità. Dan bil-għan li l-ekonomija u l-komunitajiet tagħha jinqdew aħjar fl-isfond ta' sisien sodi ta' sigurtà, u f'soċjetà ugwali. Dan intqal f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg, liema konferenza trattat il-miżuri tal-Budget 2024 fl-oqsma tal-intern, is-sigurta, ir-riformi u l-ugwaljanza.

Il-Ministru Camilleri spjega li, meta mqabbel mal-2012, il-Budget tas-sena d-dieħla huwa tliet darbiet u nofs akbar fejn tidħol nefqa kapitali u aktar mid-doppju fejn tidħol nefqa rikorrenti. Hu qal li dan l-investiment jikkumplimenta għadd ta' miżuri oħra li daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena li jwieżnu lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-sigurtà u li se jkomplu jissaħħu fis-sena li ġejja. Dan hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja pensjonanti tas-servizz li ma kienu jieħdu ebda żieda tal-għoli tal-ħajja, issa se jingħataw bonus addizzjoni daqs iż-żieda sħiħa li tingħata għall-għoli tal-ħajja. Matul din is-sena il-ħaddiema fil-korpi dixxiplinati ser ikomplu jaraw żidiet fil-kundizzjonijiet tagħhom maqbula fil-ftehimiet kollettivi.

Il-Ministru Camilleri fisser ukoll kif miżuri tal-Budget bħal Patrol and Community Support Officer u r-Road Policing li se jkunu operati mill-Korp tal-Pulizija għandhom iseddqu aktar ambjent sigur għall-komunitajiet. Bl-istess mod il-Budget se jiffoka ferm aktar fuq l-aspett teknoloġiku fil-ħarsien tas-sigurtà, u dan wara li l-aġenzija LESA se tinvesti f'teknologija ta' cameras ikkollegati mal-aġenzija stess u mal-pulizija bħala deterrent kontra abbużi u aġir kriminali. Dawn se jkunu varati f'San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, il-Marsa u Raħal Ġdid.

“Matul iż-żmien li ġej il-Parlament se jintalab jgħaddi liġi dwar l-electornic tagging filwaqt li vittmi ta' vjolenza domestika se jingħataw alarms li se jkunu mqabbda direttament mas-sistema tal-pulizija, biex f'każ ta' bżonn tittieħed azzjoni immedjata. Din is-sistema se tkun ħolqa oħra mill-katina ta' miżuri li saru favur il-vittmi tal-kriminalità. Fil-fatt fix-xhur li ġejjin se jibda jaħdem ukoll ċentru tal-vjolenza domestika f'Santa Luċija, li se jiġbor fih uffiċjali tal-pulizija u professjonisti oħra biex jassistu vittmi ta' vjolenza domestika. Se jkun qed jinfetaħ ukoll ċentru ieħor fin-naħa ta' fuq ta' Malta," sostna l-Ministru Camilleri. Il-ministru fakkar li fl-aħħar snin saret enfasi fuq ir-riabilitazzjoni fejn is-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jinvesti biex jinfetħu żewġ half-way houses oħra biex titjieb ir-riintegrazzjoni ta' priġunieri fis-soċjetà wara li jkunu skontaw sentenza ta' ħabs.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg saħqet li dan huwa Gvern li bil-provi qed iwettaq dak li wiegħed u dejjem iżomm kelmtu mal-poplu. “Jiena nħares 'il quddiem lejn l-implimentazzjoni tal-Budget li bih se jkun qed jagħmilha possibbli li mis-sena d-dieħla ser nibdew nipprovdu l-prodotti menstruwali lill-istudenti bniet fl-iskejjel tagħna. Din il-miżura tfisser investiment ta' nofs miljun ewro. Dawn huma flus li ser ikunu investita tajjeb sabiex inkomplu neqirdu din l-istigma u faqar soċjali li għadha taħkem lis-soċjetà tagħna," qalet Rebecca Buttigieg.

Barra minn hekk, is-segretarju parlamentari elenkat diversi miżuri oħra li l-Budget 2024 ser jkun qed jiffinanzja, fosthom it-tnedija tat-tielet Strateġija u Pjan Ta' Azzjoni kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru, tisħiħ tal-kampanja edukattiva dwar il-Harm and Risk Reduction grazzi għall-investiment kontinwu fl-awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, u kif ukoll żieda fil-faċilitajiet u servizzi offruti lill-komunità LGBTIQ. Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg għalqet l-indirizz tagħha billi tenniet fuq il-fatt li fl-2024 pajjiżna se jkun għamel  passi kbar biex bħalma dejjem għamel, il-Gvern jkompli jonora l-kelma li ta lill-elettorat u dan se jkun qed iseħħ mingħajr ebda żieda ta' taxxa jew introduzzjoni ta' taxxi oħra.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta Ġusta: Budget bl-ikbar investiment fit-teknoloġija bħala għodda ta’ prevenzjoni għall-kriminalità, u l-ugwaljanza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta Ġusta: Budget bl-ikbar investiment fit-teknoloġija bħala għodda ta’ prevenzjoni għall-kriminalità, u l-ugwaljanza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta Ġusta: Budget bl-ikbar investiment fit-teknoloġija bħala għodda ta’ prevenzjoni għall-kriminalità, u l-ugwaljanza
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow