STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jibda żjara fil-Belġju
PR231738
06/11/2023
Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella ħallew Malta dalgħodu għal żjara fil-Belġju.
Fost l-impenji tiegħu, il-President Vella se jkollu udjenza mar-Re Philippe tal-Belġju u laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.
Waqt din iż-żjara, il-President se jindirizza lill-istudenti uparteċipanti fl-Akkademja Diplomatika Ewropea u fil-Kulleġġ tal-Ewropa fiBruges, u se jżur l-iskola Ewropea, EEB 1, fejn se jiltaqa’ ma’għalliema u studenti Maltin.
Il-President u s-Sinjura Vella għandhom laqgħa mal-komunità Maltija li tgħix Brussell.
Il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta' Aġent President.
Il-President u s-Sinjura Vella jirritornaw Malta nhar il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en