Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat it-tielet one-stop-shop għas-settur tal-volontarjat – Mal-290 għaqda volontarja jistgħu jgawdu mill-kreditu ta’ taxxa mħabbra fil-Budget

pr231736
Date Icon 04/11/2023

Is-settur tal-volontarjat f'pajjiżna kompla jissaħħaħ. Dan hekk kif ġie inawgurat fir-Rabat Malta t-tielet one-stop-shop għal dan is-settur biex issa f'pajjiżna hawn tliet ċentri. It-tnejn l-oħra jinsabu fil-Belt Valletta u Birkirkara. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jinfetaħ ieħor fix-Xewkija, filwaqt li s-sena d-dieħla kif tħabbar fil-Budget se jinfetaħ ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta. Bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur dawn iservu bħala punti ta' referenza għall-għaqdiet volontarji dwar servizzi u programmi ta' fondi li jistgħu japplikaw għalihom u l-amministrazzjoni tagħhom.

L-inawgurazzjoni tal-one-stop-shop fi Triq Bartolomew ir-Rabat saret mill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli li spjegat kif dan il-Budget se jkun qed jagħti l-akbar ammont ta' għajnuna li qatt ingħatat lill-għaqdiet volontarji. Dan mhux biss permezz ta' żieda fil-fondi imma wkoll permezz ta' krediti ta' taxxa li qed ikunu mnedija għall-ewwel darba biex ikunu megħjuna mhux biss l-għaqdiet volontarji iżda wkoll dawk l-azjendi li jagħtu donazzjonijiet lill-għaqdiet.

“Dejjem emminna li l-volontarjat għandu sehem soċjo-ekonomiku importanti f'pajjiżna. Il-ftuħ ta' din il-faċilità huwa t-twettiq ta' waħda mill-wegħdiet elettorali. U dan il-Budget qed ikompli jibni fuq dak li nemmnu fih", qalet il-Ministru Farrugia Portelli. “Wieħed mill-akbar investimenti f'dan is-settur huwa l-aċċess għall-fondi, li minn din is-sena komplew jiżdiedu l-iskemi minn entitajiet pubbliċi diversi. Matul is-sena 2023 tqassmu ftit inqas minn €1.5 miljun f'fondi mmexxija mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat. Fil-Budget għas-sena 2024 ġew allokati ftit aktar minn €2 miljuni", irrimarkat il-Ministru Farrugia Portelli.

Il-Ministru spjegat kif bl-inċentiv ġdid li se jintroduċi l-Budget tal-2024, dawk l-ażjendi li jagħtu donazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet volontarji reġistrati mal-Kummissarju tal-Volontarjat u li jaħdmu b'mod dirett fil-qasam soċjali, ambjentali jew b'riżq l-annimali ser jingħataw kreditu ta' taxxa fuq donazzjonijiet sa massimu ta' €500. Permezz ta' din il-miżura ser ikunu qed igawdu xejn inqas 290 għaqda volontarja. Fi tmiem id-diskors tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli ħabbret kif is-sena dieħla se titnieda skema ta' fondi ġdida lill-għaqdiet volontarji u l-każini tal-baned b'investiment ta' kwart ta' miljun ewro.

Gertrude Buttigieg, Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, ħeġġet lill-għaqdiet u lil dawk kollha li jamministrawhom sabiex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill, jistaqsu dwar dawn iċ-ċentri u s-servizzi offruti, u jaraw kif dawn jistgħu jkunu ta' għajnuna sabiex jagħmlu użu minn dawn l-opportunitajiet intiżi għalihom. Qed jiġi offrut ukoll taħriġ kontinwu, flimkien ma' numru ta' inizjattivi, fondi, riżorsi u assistenza f'kull ċirkostanza li għaqda tista' tiġi bżonn. Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, qal li permezz ta' dawn iċ-ċentri l-Kunsill se jkun jista' jiltaqa' regolarment mal-għaqdiet sabiex dawn ikunu provduti bl-għajnuna meħtieġa fil-qalba tal-komunità stess.

Mill-one-stop-shops ikunu offruti diversi faċilitajiet ġodda, fosthom informazzjoni dwar dak kollu disponibbli għall-voluntiera u l-għaqdiet volontarji mill-MCVS u entitajiet pubbliċi oħra li jappoġġjaw is-settur. Dan l-appoġġ jinkludi kemm għajnuna fir-reġistrazzjonijiet varji u anki opportunitajiet ta' fondi u skemi. Apparti dan, iċ-Ċentru tar-Rabat se jkompli jsaħħaħ ukoll is-servizz ta' numru ta' kmamar li jipprovdu fejn l-għaqdiet jistgħu jtellgħu laqgħat u attivitajiet oħra tagħhom. Se jkun hemm ukoll tagħmir teknoloġiku disponibbli għall-użu tal-għaqdiet. Ħaddiema tal-MCVS se jkunu preżenti wkoll fiċ-Ċentru kull ġimgħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat it-tielet one-stop-shop għas-settur tal-volontarjat – Mal-290 għaqda volontarja jistgħu jgawdu mill-kreditu ta’ taxxa mħabbra fil-Budget
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Inawgurat it-tielet one-stop-shop għas-settur tal-volontarjat – Mal-290 għaqda volontarja jistgħu jgawdu mill-kreditu ta’ taxxa mħabbra fil-Budget
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow