Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Mill-isfidi għas-soluzzjonijiet fil-qasam marittimu: Malta, Greċja u Ċipru b’laqgħa f’Ateni

pr231734
Date Icon 04/11/2023

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia pparteċipa fit-tmien laqgħa dwar l-affarijiet marittimi fil-Greċja mal-Ministru għall-Affarijiet Marittimi u l-Politika Insulari tar-Repubblika Ellenika (l-Greċja) s-Sur Christos Stylianides u d-Deputat Ministru responsabbli mill-qasam marittimu f'Ċipru s-Sinjura Marina Hadjimanolis, bl-iskop li pajjiżna jkompli jikkonsolida pożizzjoni komuni dwar l-affarijiet marittimi kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll reġjonali.

Hekk kif it-tliet pajjiżi huwa meqjusa bħala t-tliet ġurisdizzjonijiet marittimi ewlenin fl-Unjoni Ewropea, il-kwistjonijiet marittimi huma ta' importanza kbira għat-tliet pajjiżi.

Il-Ministri ddiskutew numru ta' kwistjonijiet marittimi bħas-sostenibbiltà ambjentali u l-emissjonijiet, il-kooperazzjoni kemm fuq livell internazzjonali, fuq livell Ewropew u IMO, flimkien mal-kompetittività tas-settur.

Waqt il-laqgħa, l-Ministru Farrugia enfasizza l-prijoritajiet ta' Malta, biex jiġu appoġġjati azzjonijiet konkreti biex tiġi żgurata industrija kompetittiva marittima tal-UE, speċjalment fl-indirizzar tat-tranżizzjoni ekoloġika u biex it-tbaħħir isir qasam aktar sostenibbli u ambjentali. Huwa spjega fit-tul it-tħassib minn għadd ta' stati membri, inklużi t-tliet pajjiżi, dwar l-impatt li l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, partikolarment id-direttiva ETS, se jkollha fuq il-ġurisdizzjonijiet marittimi fid-dawl tal-pożizzjoni strateġika tagħhom fil-periferija tal-Ewropa. Huwa tenna wkoll il-possibbiltà li l-karbonju flok jiġi eliminat bħal ma' kien l-għan oriġinali tal-leġiżlazzjoni, jiġi rilokat lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea u b'hekk jintilef l-iskop oriġinali tal-liġi.

Il-Ministru Farrugia qal li Malta, Ċipru u l-Greċja għandhom interessi marittimi sinifikanti fl-Unjoni Ewropea u Malta tqis li huwa ta' importanza kbira għat-tliet pajjiżi li jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li l-interessi tagħhom ikunu rappreżentati u kkunsidrati b'mod adegwat meta tkun qed tiġi mfassla l-politika u l-leġiżlazzjoni kemm fuq livell Ewropew u internazzjonali. “Se nkomplu ninvestu biex insaħħu r-reġistru u nagħmlu minn pajjiżna ċentru ta' eċċellenza fil-qasam marittimu. Huwa għalhekk li jeħtieġ li nkomplu nibnu fuq l-isforzi kollaborattiva li għandna ma' pajjiżi oħra. Bħala wieħed mill-ġurisdizzjonijiet l-aktar stmati fil-qasam marittimu, dan huwa l-aħjar mod li bih nistgħu naċċertaw li pajjiżna jkun mismugħ kemm fl-Unjoni Ewropea u anka fuq livell internazzjonali," temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru Farrugia wkoll laqgħa informali ma' numru ta' partijiet ikkonċernati Griegi li joperaw fil-qasam marittimu. Waqt din il-laqgħa, huma tkellmu dwar is-servizzi li pajjiżna joffri taħt il-bandiera u r-reġistru Malti. Huwa spjegalhom il-ħidma li pajjiżna qiegħed jagħmel biex ikompli jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv tiegħu, partikolarment fil-qasam tad-dekarbonizzazzjoni li hija meqjusa bħala waħda mit-temi prinċipali fis-settur, filwaqt li fissrilhom il-ħidma li Transport Malta qed tagħmel biex tibqa' waħda aġli u aċċessibbli għall-operaturi.

Il-Ministru Farrugia kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta, s-Sur Jonathan Borg.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Mill-isfidi għas-soluzzjonijiet fil-qasam marittimu: Malta, Greċja u Ċipru b’laqgħa f’Ateni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Mill-isfidi għas-soluzzjonijiet fil-qasam marittimu: Malta, Greċja u Ċipru b’laqgħa f’Ateni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Mill-isfidi għas-soluzzjonijiet fil-qasam marittimu: Malta, Greċja u Ċipru b’laqgħa f’Ateni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow