Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Raġel b’nazzjonalità Maltija jiġi evakwat minn Gaza

pr231733
Date Icon 04/11/2023

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ilu għaddej għal diversi ġimgħat b'ħidma mal-Gvern Amerikan, biex raġel b'nazzjonalità doppja, Maltija u Amerikana, jiġi evakwat minn Gaza.

Matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa 3 ta' Novembru u s-Sibt 4 ta' Novembru, il-Malti rnexxielu jasal f'Kajr, l-Eġittu, fis-sigħat bikrin ta' filgħodu. Huwa beda dan il-vjaġġ bosta sigħat qabel bl-assistenza tal-Ambaxxatur ta' Malta fl-Iżrael, Cecilia Attard Pirotta, l-Ambaxxatur ta' Malta fl-Eġittu, Roberto Pace, u r-Rappreżentant tal-Gvern Malti fil-Palestina, Franklin Aquilina.

Il-familjari tar-raġel Malti rringrazzjaw lill-Gvern Malti u lill-Ministeru b'mod partikolari tal-impenn tagħhom f'dawn l-aħħar ġimgħat sabiex issir din l-evakwazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow