Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ

PR231723
Date Icon 02/11/2023

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ikkundanna immedjatament l-att ta' terroriżmu mwettaq kontra l-Iżrael mill-Hamas iżda tenna l-importanza li dejjem issir distinzjoni bejn il-Hamas u ċ-ċivili Palestinjani. B'hekk, qed isegwi l-iżviluppi umanitarji ta' kuljum li joħorġu minn Gaża, li fi kliem is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Guterres, jistgħu dalwaqt ikunu qed jaffaċċjaw katastrofi umanitarja.

B'rispons għal dawn l-iżviluppi, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ reċentement irdoppja l-kontribuzzjoni annwali tiegħu lill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għajnuna u x-Xogħlijiet għar-Refuġjati tal-Palestina (UNRWA), li taħdem biex tassisti Palestinjani vulnerabbli f'Gaża u bnadi oħra.

Barra minn hekk, il-Ministeru ħa l-inizjattiva biex jassisti lill-membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħtu donazzjoni ta' fondi għal Gaża, billi jiffaċilita ġbir ta' fondi li jinqasmu b'mod ugwali bejn l-UNRWA, kif ukoll il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, li qed jaħdem ukoll biex jindirizza s-sitwazzjoni umanitarja urġenti f'Gaża.

Membri tal-pubbliku li jixtiequ jagħtu donazzjoni ta' fondi li mbagħad jinġabru u jingħataw lill-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jagħtu fondi permezz tal-kont li ġej fil-Bank Ċentrali ta' Malta:

ISEM: Humanitarian Fund

NUMRU TAL-KONT BANKARJU: MT63MALT011000041005EURCMG50000

INDIRIZZ: 331, ALLIED HOUSE, DCS -3RD FLOOR S VLT1060, VALLETTA

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jimpenja ruħu li jiżgura li l-fondi mogħtija lil dan il-kont se jintużaw biss biex jassistu nies vulnerabbli f'Gaża. Id-deċiżjoni li jinġabru fondi aktar milli oġġetti ttieħdet wara d-diffikultajiet riċenti biex l-għajnuna umanitarja tgħaddi mill-qsim ta' Rafah mill-Eġittu għal Gaża.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow