STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr231722
02/11/2023
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Trejqet il-Bajtar, Triq id-Dawr u Triq Freddie Micallef, il-Mosta; u
Triq il-Ġonna tal-Barbier, in-Naxxar
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta' Ottubru, 2023, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mill-31 ta' Ottubru, 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en