Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Ġusta: €370 miljun fuq sentejn b’appoġġ lejn l-intrapriżi kontra ż-żieda internazzjonali fil-prezz taż-żejt

PR231720
Date Icon 01/11/2023

Intrapriżi f'Għawdex u Malta ffrankaw madwar €370 miljun fil-kontijiet tal-elettriku fuq sentejn, grazzi għad-deċiżjoni tal-Gvern li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli u jassorbi ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt.

“L-ekonomija Maltija kibret għaxar darbiet aktar mil-medja Ewropea grazzi għal Gvern Laburista li ħa d-deċiżjoni li jassorbi ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt. B'din id-deċiżjoni proattiva, pajjiżna ipproteġa l-ekonomija filwaqt li pajjiżi oħra qed jesperjenzaw xejriet negattivi. F'Malta qed noħolqu ambjent li jiffavorixxi lin-negozji u individwi biex ikomplu jikbru. Riżultat ta' dan, l-ekonomija rat żieda sinifikanti, b'rata ta' tkabbir ta' kważi għaxar darbiet aktar mill-medja Ewropea," qalet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli żaret il-kumpanija De La Rue, fejn bħalissa għaddej ix-xogħol t'espansjoni għal 29,000 metru kwadru, b'investiment multi miljunarju  li se joħloq madwar 100 impjieg ġdid.  It-tmexxija ta' De La Rue spjegat kif il-kumpanija qed tinvesti f'fabbrika state of the art, b'operat effiċjenti u li jestendi l-użu tat-teknoloġija tal-Industry 4.0.

Il-kumpanija innotat kif  l-assistenza tal-Gvern kienet  kontribut maġġuri fit-teħid tad-deċiżjoni għall-espansjoni f'Malta.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru Dalli tenniet l-impenn tal-Gvern fl-għajnuna lin-negozji, li jkompli jmexxi 'l quddiem ekonomija bbażata fuq it-taħriġ bi prattiċi sostenibbli fejn l-innovazzjoni u l-ekonomija l-blu u l-ħadra qed ikomplu jikbru.

“Irduppjajna l-allokazzjoni finanzjarja għal proġetti u miżuri, amministrati minn Malta Enterprise, biex inkunu t'għajnuna għan-negozji u startups li qed jinvestu fir-riċerka, l-innovazzjoni, it-taħriġ, id-diġitizzazzjoni u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fost oħrajn. Allokazzjoni ta' €60 miljun," qalet il-Ministru Dalli.

Għal darb'oħra, Malta Enterprise se terġa topera skemi li jżidu l-kompetittività fost in-negozji bħal Business Development, Business Start, Innovate – Innovation Aid for SMEs, Rent Subsidy Scheme, Research & Development, Skills Development, Smart & Sustainable Investment, Startup Finance Scheme u Micro Invest, fost l-oħrajn. L-Iskema popolari Get Qualified se terġa tiġi imnedija.

“Dan il-budget qed iġedded u jsaħħaħ skemi ffokati lejn strateġija ekonomika biex nattiraw l-innovazzjoni u nkomplu niddiversifikaw l-ekonomija f'setturi ġodda b'mod dirett. Dan filwaqt li jkompli jiftaħ opportunitajiet ġodda f'oqsma bħal tas-semiconductors fejn Malta hija waħda minn 16-il pajjiż li ġew approvati proġetti taħt l-Important Projects of Common European Interest (IPCEI).  Dan ix-xogħol se nkomplu nsostnuh fl-2024 permezz ta' Ċentru ta' Kompetenza fil-qasam tal-microchips biex nattiraw innovaturi, akkademiċi u industriji li joħolqu l-iktar teknoloġija avvanzata f'pajjiżna," qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Ġusta: €370 miljun fuq sentejn b’appoġġ lejn l-intrapriżi kontra ż-żieda internazzjonali fil-prezz taż-żejt
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Ġusta: €370 miljun fuq sentejn b’appoġġ lejn l-intrapriżi kontra ż-żieda internazzjonali fil-prezz taż-żejt
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow