AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni tad-drenaġġ li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat.
| Kodiċi tas-sit: | C22 u C23 |
| Lokalità | Tax-Xama u ta' l-Ghażżenin SAN PAWL IL-BAĦAR |

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Minkejja li l-istaġun uffiċjali tal-monitoraġġ tal-għawm spiċċa fit-22 ta' Ottubru, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm meta l-kwalità tiġi restawrata.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en