Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Nefqa rekord soċjali bl-akbar għajnuna lil min jiflaħ l-anqas

pr231716
Date Icon 31/10/2023

Matul is-sena 2024, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ser jamministra l-ikbar nefqa soċjali li qatt ra pajjiżna, u li ser tlaħħaq it-€2.2 biljun, b'€1.5 biljun ser imorru fuq pagamenti tal-pensjoni u benefiċċji soċjali. Dan kollu qed isir f'xenarju ta' sfidi internazzjonali bl-inflazzjoni li tolqot lid-dinja kollha.

Qal dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta Ġusta, fejn matulha ngħataw aktar dettalji dawk il-miżuri li tħabbru lbieraħ fil-Budget u li huma intiżi biex itaffu mill-piżijiet tal-għoli tal-ħajja.

Il-Ministru Michael Falzon spjega li mis-sena d-dieħla l-paga minima se tissaħħaħ b'mod sostanzjali fuq numru ta' snin bi qbil mal-imsieħba soċjali. Dan ifisser li fl-ewwel żieda li ser tingħata f'Jannar 2024, ser twassal sabiex il-paga minima titla' minn €192.73 fil-ġimgħa għal €213.54 fil-ġimgħa. Persuna li qiegħda fuq il-minimum wage se tiżdied b'€21 fil-ġimgħa.

“Kellu jkun għal darba oħra Gvern Laburista li juri r-rieda u l-enerġija li jsaħħaħ il-Paga Minima Nazzjonali. L-istess kif għamilna 50 sena ilu fejn introduċejna dan il-mekkaniżmu li jipproteġi lil dawk li jifilħu l-inqas. Illum, dan il-gvern reġa' wasal għal bidla oħra pożittiva, qbil mal-istakeholders, b'dawn iż-żidiet se jkunu mifruxa fuq 4 snin. Infakkar ukoll li dan il-gvern għamilha ċara li persuna ma' tistax tibqa' fuq il-paga minima għal iktar minn sena", stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musu, spjega fid-dettall dwar kif ser tinħadem iż-żieda addizzjonali tal-COLA, li mis-sena d-dieħla se jgawdu minnha mal-95,000 familja, li huwa kważi d-doppju ta' dawk il-familji li gawdew minn din iż-żieda matul din is-sena.

Dan il-benefiċċju se jgħin l-aktar faxxa li tinsab f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali iżda mhux biss, tant li se jkun qed jgħin 56,000 familja oħra li mhumiex f'riskju ta' faqar.

Mark Musu spjega li l-ammont tal-benefiċċju se jkun ibbażat fuq id-dħul tal-familji fl-2022, bil-ħlas ivarja bejn €100 u €1,500 fis-sena. L-ammont jiddependi minn żewġ fatturi: kemm id-dħul tal-familja jitqabbel mal-livell ta' dħul li huwa 60% tal-medjan nazzjonali ekwavilizzat (il-livell tar-riskju tal-faqar) u kemm hemm persuni fil-familja.

Hawnhekk ingħataw xenarji differenti dwar kif persuna jew familja tista' tibda tibbenefika minn dan il-benefiċċju li ser ikompli jissaħħaħ matul is-sena d-dieħla:

Familja b'persuna waħda, pereżempju armla, ikollha dħul sa €18,155.

Familja ta' 2 persuni, pereżempju koppja pensjonanti, ikollha dħul sa €27,233.

Familja bi 3 persuni, pereżempju single parent b'żewġ ulied (wieħed ta' 14-il sena jew aktar) jew koppja b'wild wieħed taħt l-14-il sena, ikollha dħul sa €32,679.

Familja b'4 persuni, pereżempju koppja b'żewġt itfal taħt l-14-il sena, ikollha dħul sa €38,126

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Nefqa rekord soċjali bl-akbar għajnuna lil min jiflaħ l-anqas
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Nefqa rekord soċjali bl-akbar għajnuna lil min jiflaħ l-anqas
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow