Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Review by the Auditor General on Fixed Assets and Stocks

PR231715
Date Icon 31/10/2023

L-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, illum ippreżenta rapport ta' analiżi fuq assi fissi u ħażniet lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.

F'dawn l-aħħar snin, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għamel għadd ta' verifiki bħala evalwazzjoni tal-proċess ta' bidla kontinwa marbuta mal-implimentazzjoni ta' accrual accounting fil-Ministeri. Dan ir-rapport jikkonsolida diversi eżerċizzji fuq l-assi fissi u stokk f'numru ta' ministeri. Dawn iffokaw fuq l-effiċjenza tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-assi pubbliċi, b'enfasi fuq l-importanza ta' kontabilità xierqa b'konformità mal-istandards u regoli applikabbli.

Nuqqasijiet ewlenin identifikati f'dan ir-rapport kienu assenza ta' proċeduri uffiċjali li jirregolaw il-kontabbilità ta' propjetà u art tal-Gvern, kif ukoll żbalji fuq rekords ta' assi fissi, dokumentazzjoni nieqsa, u problemi ta' klassifikar u identifikazzjoni tagħhom. Ġew innotati wkoll diversi żbalji fuq rekords ta' stokk, kontrolli fiżiċi, kif ukoll nuqqas t'osservazzjoni ta' regolamenti fuq il-valutazzjoni annwali. Dawn il-fatturi jindikaw sfidi sinifikanti fl-immaniġġjar t'assi fissi u stokk.

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol huwa kommess li jimmaniġġja b'mod effiċjenti l-finanzi u l-assi pubbliċi kollha. Qed issir bidla fil-kontabilità u r-rapporti finanzjarji tal-Gvern, kif ukoll, f'dawn l-aħħar snin, ġiet introdotta l-Corporate Financial Management Solution li ssostitwiet is-sistema preċedenti.

Ir-Rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: www.nao.gov.mt u l-paġna ta' Facebook: www.facebook.com/NAOMalta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow