Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Aktar kumpaniji lokali b’investiment f’teknoloġiji innovattivi

pr231699
Date Icon 28/10/2023

“Matul dawn l-aħħar snin kemm il-darba kelli l-opportunità li nitkellem dwar l-importanza tal-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji innovattivi u kif huwa kruċjali li ninvestu f'dawn it-teknoloġiji, biex bħala pajjiż nibqgħu nkunu fuq quddiem fir-revoluzzjoni teknoloġika li qed ngħixu. Dan biex niżguraw l-aqwa ġejjieni għall-uliedna." Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri waqt żjara li għamel f'AIS Technology.

AIS Technology ilha topera Malta għal numru ta' snin fejn fost oħrajn ħolqot l-ewwel palm readers fis-suq Malti. Maż-żmien il-kumpanija baqgħet tevolvi u llum toffri diversi soluzzjonijiet teknoloġiċi f'diversi oqsma għall-klijenti minn setturi differenti, mis-settur tas-saħħa, industrija, manifattura sal-edukazzjoni.

F'dawn l-aħħar snin il-kumpanija bdiet tiffoka iktar fuq l-intelliġenza artifiċjali u internet of things u qed jużaw dawn it-teknoloġiji biex joħolqu għodod li jgħinu fost oħrajn biex ikollna djar li jużaw l-enerġija b'mod aktar effiċjenti.

“Din il-kumpanija hija eżempju ċar ta' dak li qed nagħmlu f'pajjiżna. Nafu bl-importanza tal-Intelliġenza Artifiċjali u kif din insibuha  kullimkien madwarna. Dejjem qed naraw iżjed kumpaniji, mhux biss ġodda, iżda anke kumpaniji stabbiliti bħal AIS, li fil-preżent tħaddem madwar 30 persuna, li ħafna minnhom riżultat tas-sistema edukattiva Maltija" tenna l-Ministru Schembri.

“Tieħu gost tara kumpanija Maltija li minkejja l-isfidi kollha ħa jkunu qegħdin jinvestu iktar sabiex jkabbru l-operat tagħhom. Bħala Gvern qed noħolqu ambjent fejn aktar kumpaniji ta' kwalità joperaw minn Malta u jipprovdu taħriġ adekwat liż-żgħażagħ tagħna, biex dejjem ikollna ħaddiema mħarrġa fil-ħiliet li għandna bżonn. Il-Gvern jibqa' kommess li jgħin kumpaniji lokali jirnexxu biex flimkien inkomplu nsaħħu l-ekonomija ta' pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Silvio Schembri.

Min-naħa tiegħu, l-Inġinier Darryl Schembri General Manager ta' AIS Technology, qal “Is-sigriet tas-suċċess tagħna kien li bqajna nevolvew ruħna matul is-snin. Illum il-viżjoni tagħna hi li nkomplu nikbru, issa rridu li dak kollu li tgħallimna kemm ilna f'dan is-settur issa noħduh barra. Is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li nafu li jaħdmu f'pajjiżna, irridu issa nesportawhom fi swieq oħra."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Aktar kumpaniji lokali b’investiment f’teknoloġiji innovattivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Aktar kumpaniji lokali b’investiment f’teknoloġiji innovattivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET Aktar kumpaniji lokali b’investiment f’teknoloġiji innovattivi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow