Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iċċelebrat il-Jum Ewropew għall-Ġustizzja flimkien mal-istudenti u l-edukaturi

pr231684
Date Icon 26/10/2023

Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Ġustizzja, il-Ministeru għall-Ġustizzja stieden numru ta' studenti u edukaturi minn diversi kulleġġi tas-sekondarja madwar Malta ġewwa l-Berġa t'Aragona biex ikun imfakkar dan il-jum.

F'dan il-jum li huwa kkordinat mill-Kunsill tal-Ewropa u jiġi ċċelebrata madwar l-Ewropa kollha, l-entitajiet u l-aġenziji fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja taw preżentazzjonijiet fuq il-ħidma u l-opportunitajiet li huma offruti bl-għan li jkun hawn aktar għarfien u aċċess għall-ġustizzja. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jsaqsu, jiddiskutu u jipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjoni.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li l-għan ta' din l-attività hu wieħed vast, fejn mhux biss nispjegaw il-ġustizzja u l-funzjoni ta' diversi istituzzjoni fis-settur tal-ġustizzja, imma wkoll nattiraw aktar żgħażagħ lejn dan is-settur, li kulma jmur qed jikber, biex b'hekk inkomplu bil-ħidma tagħna biex nassiguraw li s-servizz li qed jingħata l-poplu jkompli jitjieb u tiżdied l-effiċjenza.

“Huwa importanti li nsaħħu l-għarfien f'dan il-qasam tant delikat, għaliex iktar b'aktar għarfien, aktar ser ikollna soċjetà intelliġenti li fuqha nistgħu nibnu sistema ta' ġustizzja tajba u li tgawdi l-fiduċja tan-nies li sservi" temm jgħid il-Ministru Attard.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima saħaq li, “bħala parti mis-sistema edukattiva ta' pajjiżna rridu naraw li lit-tfal tagħna ntuhom l-opportunitajiet li fihom jieħdu ħiliet u għarfien dwar id-dinja barra l-bankijiet tal-iskola." Il-Ministru Grima tenna li f'din il-ġurnata qed naraw li nagħtu għarfien dwar dan is-suġġett tant importanti u b'hekk nħajjru aktar studenti jaqbdu professjoni f'dan is-settur importanti sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ġid ta' pajjiżna.

Għal din l-okkażjoni attendew is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja u rappreżentanti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iċċelebrat il-Jum Ewropew għall-Ġustizzja flimkien mal-istudenti u l-edukaturi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iċċelebrat il-Jum Ewropew għall-Ġustizzja flimkien mal-istudenti u l-edukaturi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow