Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Issiġillat ftehim li bih se tiżdied il-paga minima nazzjonali – messaġġ mill-Prim Ministru Robert Abela

pr231677
Date Icon 25/10/2023

F'messaġġ li għadda l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se tiżdied il-paga minima nazzjonali. “Ħtarna l-'Low Wage Commission' li ġabet flimkien l-imsieħba soċjali flimkien ma' rappreżentanti tal-Gvern biex tipproponi kif iż-żieda għandha tingħata u bħala Gvern se nieħdu dawn ir-rakkomandazzjonijiet u nimplimentawhom," sostna l-Prim Ministru hu u jispjega kif huwa sodisfatt li ġie ssiġillat ftehim biex tiżdied il-paga minima kull sena għall-erba' snin li ġejjin apparti ż-żidiet ta' kull sena li jingħataw bil-COLA.

Il-Prim Ministru Abela saħaq li l-pajjiż jeħtieġ jibqa' miexi 'l quddiem ekonomikament u l-Gvern se jibqa' jgħin lill-industrija u lin-negozji iżda daqstant ieħor se jibqa' jinvesti fil-ħaddiema. Il-Prim Ministru fisser il-pass ta' wegħda elettorali oħra mwettqa li żżid il-pagi u d-dħul tal-ħaddiema u qal li fil-Budget li l-Gvern se jippreżenta nhar it-Tnejn li ġej, se jibqa' jieħu iktar inizjattivi ta' investiment fin-nies.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow