Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA L-Oppożizzjoni qed tippersisti f’żewġ gidbiet

pr231666
Date Icon 24/10/2023

L-Oppożizzjoni qed tigdeb meta tgħid li tħallsu €400 miljun lil Steward Healthcare li tagħhom il-pajjiż ma ħa xejn. Meta Steward Malta kienet qed tmexxi l-isptarijiet, eluf ta' pazjenti Maltin u Għawdxin ingħataw is-servizzi minn dawn l-isptarijiet u l-Gvern ħallas għalihom, bħalma għadu jħallas illum li ilu xhur li ħa l-kontroll tal-isptarijiet.

L-Oppożizzjoni qed tigdeb ukoll meta tgħid li l-Gvern mhu jagħmel xejn biex jekk tħallset xi ħaġa li l-pajjiż ma ħax lura, dak li ħallas għalih, jiġi rkuprat. Il-Gvern Malti diġà għamel il-każ tiegħu f'arbitraġġ internazzjonali fejn qed jagħmel talbiet fl-interess ta' Malta.

Flok logħob politiku partiġġjan għall-gallarija, il-Gvern jispera li jsib l-appoġġ tal-Oppożizzjoni fil-kawża li qed jiġġieled f'isem il-poplu Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow