Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-ewwel żewġ liċenzji għall-Cannabis Harm Reduction Associations maħruġa mill-ARUC

pr231662
Date Icon 24/10/2023

Wara proċess rigoruż u ta' skrutinju li sar fl-aħħar xhur, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, ħabbret li l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) ħarġet l-ewwel żewġ liċenzji biex tiġi kkultivata l-pjanta tal-kannabis għall-użu mhux mediċinali.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, ġie spjegat li f'dawn l-aħħar xhur l-awtorità kompliet issaħħaħ l-operat tagħha sabiex tiżgura li dawn l-assoċjazzjonijiet jipproduċu prodott ta' kwalità għolja u l-għan aħħari tagħhom jibqa' li jissalvagwardjaw is-saħħa u d-drittijiet tal-membri tagħhom. Il-mudell Malti huwa uniku fid-dinja u qed iservi saħansitra ta' mudell għal pajjiżi oħra għaliex, b'mod kawt iżda deċiżiv, għandu l-għan li jiġġieled il-kriminalità organizzata mingħajr ma joħloq lok għal industrija ġdida. Fil-fatt, dawn l-assoċjazzjonijiet jaħdmu abbażi ta' not-for-profit u flimkien mal-ARUC ikomplu jħaddnu u jħaddmu prinċipji sodi msejsa fuq harm reduction approach.

“Dan il-gvern, kif wiegħed fil-manifesti elettorali, mill-2013 'l hawn wettaq diversi riformi biex fost oħrajn iddikriminalizza l-użu personali tal-kannabis. L-għoti tal-liċenzji lil dawn iż-żewġ assoċjazzjonijiet huwa pass ieħor kuraġġuż iżda meqjus bħala wieħed ta' importanza kbira għaliex sar bl-akbar reqqa u b'mod u b'manjiera li jipprovdu salvagwardji kemm għall-individwi involuti kif ukoll għall-komunità," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Is-segretarju parlamentari żiedet tgħid li, “Is-sodisfazzjon tagħna jkompli jikber wara li pajjiżi Ewropej, fosthom il-Ġermanja, qed iħarsu lejn il-mudell Malti biex jagħmlu riformi simili. Dan ġie konfermat ftit ġimgħat ilu meta f'Malta tlaqqgħet konferenza ministerjali biex proprju tiddiskuti dan is-suġġett".

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-ARUC, Leonid Mckay, ta overview tax-xogħol li wettqet l-ARUC fl-aħħar xhur u semma fost l-oħrajn it-tnedija fi Frar li għadda tal-qafas regolatorju u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex tiġi kkultivata l-kannabis, u t-tnedija aktar tard f'Ġunju tal-politika dwar harm reduction fi ħdan dawn l-assoċjazzjonijiet. Permezz ta' informazzjoni u eżempji prattiċi fuq harm reduction, ġiet mogħtija stampa ċara tal-prinċipji fundamentali li fuqhom iridu joperaw il-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRA).

Is-Sur Mckay spjega li dawn l-assoċjazzjonijiet, flimkien ma' erbgħa oħra li waslu fi stadju avvanzat tal-proċess ta' liċenzjar, ser ikunu qed jirċievu l-ewwel taħriġ fuq il-kannabis, il-harm reduction u s-saħħa nhar it-28 u d-29 ta' Novembru 2023. Dan it-taħriġ qed isir bil-parteċipazzjoni ta' riċerkaturi barranin b'esperjenza vasta fis-settur għall-użu responsabbli tal-kannabis. Dan it-taħriġ qed isir ukoll b'kollaborazzjoni mas-Sedqa b'enfasi fuq għodod ta' prevenzjoni u harm reduction għal persuni adulti iżda taħt il-21 sena. Is-Sur Mckay semma li l-website tal-ARUC ser tkun qed tinkludi lista ta' assoċjazzjonijiet liċenzjati, inklużi d-dettalji biex persuna tagħmel kuntatt u ssir membru.  

Barra minn hekk, waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat ukoll li dawk l-adulti minn 18-il sena 'l fuq u residenti f'Malta biss, jistgħu jsiru membri ta' CHRA u jistgħu jkunu membri ta' assoċjazzjoni waħda biss.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-ewwel żewġ liċenzji għall-Cannabis Harm Reduction Associations maħruġa mill-ARUC
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-ewwel żewġ liċenzji għall-Cannabis Harm Reduction Associations maħruġa mill-ARUC
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow