Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tittella’ l-ewwel konferenza multidixxiplinarja dwar il-kontinenza f’pajjiżna

pr231656
Date Icon 23/10/2023

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela indirizza l-ewwel konferenza multidixxiplinarja dwar it-tema tal-kontinenza li qed  tittella' f'pajjiżna. Din il-konferenza qed tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u l-entitajiet fi ħdanu, b'kollaborazzjoni mar-Royal College of Physicians and Surgeons of Glasgow.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li l-għan ta' din il-konferenza huwa li jiġu diskussi u jinstabu soluzzjonijiet xierqa u moderni sabiex tiġi offruta kura ħolistika. Għaldaqstant, diversi professjonisti lokali fl-oqsma tal-ġerjatrija, kirurġija, ġinekoloġija, infermerija u fiżjoterapija qed jiltaqgħu ma' esperti mir-Renju Unit sabiex tiġi diskussa din it-tema importanti. 

Il-Ministru Abela enfasizza li għalkemm problemi ta' kontinenza huma assoċjati mal-anzjanità, dawn jistgħu jinstabu wkoll f'etajiet relattivament żgħar. Għaldaqstant tenna li huwa importanti li jiżdied l-għarfien dwar din il-kundizzjoni u t-trattament tagħha u tinqata' l-istigma u t-taboo assoċjat magħha. 

Il-Ministru Abela temm jgħid li dawn it-tip ta' konferenzi huma importanti sabiex jiġu indirizzati problemi li jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tal-individwi u sabiex tkompli tingħata kura ċċentrata fuq il-persuna b'mod ħolistiku. 

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Professur John Camilleri Brennan, kirurgu Malti li jmexxi taqsima speċjalizzata fl-Iskozja u li din is-sena ġie konfermat bħala viċi president tar-Royal College of Physicians and Surgeons of Glasgow.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tittella’ l-ewwel konferenza multidixxiplinarja dwar il-kontinenza f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tittella’ l-ewwel konferenza multidixxiplinarja dwar il-kontinenza f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow