Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jitnieda servizz tal-onkoloġija ġdid ta’ kimoterapija mid-djar tal-pazjenti

pr231645
Date Icon 20/10/2023

Servizz ġdid fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC), ta' kimoterapija ambulatorja, se jippermetti li numru ta' pazjenti li jieħdu kimoterapija partikolari fuq medda ta' jumejn jibdew jagħmlu dan mir-residenza privata tagħhom.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li spjega kif it-trattament ta' dawn il-pazjenti normalment tinvolvi sessjoni ta' 48 siegħa ta' kimoterapija kull ġimagħtejn għal sitt xhur u li permezz tal-kimoterapija ambulatorja dawn il-pazjenti se jqattgħu ftit sigħat biss l-Isptar. B' din l-inizjattiva hu stmat li fix-xhur li ġejjin jingħata 144 ċiklu ta' kimoterapija fir-residenza tal-pazjenti.

Id-Deputat Prim Ministru spjega kif ta' spiss il-pazjenti tal-onkoloġija, li jeħtieġu ammissjoni l-isptar għat-terapija tagħhom, ibagħtu minn solitudni minkejja s-servizz eċċellenti tat-tim ta' professjonisti tal-Isptar u li għalhekk dan is-servizz mistenni jtejjeb l-esperjenza tal-pazjent f' dan iż-żmien diffiċli.

Id-Deputat Prim Ministru Fearne tkellem dwar l-għażla tal-ewwel grupp ta' pazjenti li se jagħmlu użu mis-servizz, li kienu magħżula mit-tim kliniku ta' SAMOC u li se jingħataw taħriġ u appoġġ kontinwu sabiex iħossuhom siguri jirċievu l-kura 'l barra mill-Isptar.

Huwa rringrazzja lit-tim ta' infermiera, tobba, spiżjara u lit-tmexxija tal-Isptar li ħadmu fuq it-twaqqif ta' dan is-servizz filwaqt li awgura li wara l-perjodu inizjali tal-proġett, dan is-servizz ikun estiż għal iżjed pazjenti.

Id-Deputat Prim Ministru fakkar ukoll kif din hija t-tieni inizjattiva mħabbra din il-ġimgħa fil-qasam tal-Onkoloġija, wara l-introduzzjoni tat-test tal-Oncotype-DX li se jgħin lit-tim mediku ta' pazjenti li jbatu minn kanċer tas-sider, jiddetermina jekk tistax tkun evitata l-kimoterapija u minflok jintuża trattament iżjed speċifiku jew jekk l-użu tal-kimoterapija jkunx neċessarju biex il-kanċer ma jinfirixx.

“Dan huwa xhieda ta' kif l-investiment fil-qasam tal-onkoloġija huwa kontinwu. Aħna kommessi li nibqgħu noffru l-aqwa kura lill-pazjenti tagħna anke permezz tal-professjonisti eċċellenti tagħna" stqarr id-Deputat Prim Ministru Fearne.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jitnieda servizz tal-onkoloġija ġdid ta’ kimoterapija mid-djar tal-pazjenti
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jitnieda servizz tal-onkoloġija ġdid ta’ kimoterapija mid-djar tal-pazjenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow