Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI “Malta għaddejja b’ħidma favur il-bidla effettiva lejn l-Ekonomija Blu”- Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said

pr231641
Date Icon 20/10/2023

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said irrappreżentat lil Malta waqt il-Konferenza Internazzjonali għall-Ekonomija Marittima, li ġiet organizzata din il-ġimgħa minn Blue Sea Land ġewwa Mazara del Vallo, fi Sqallija.

Il-konferenza laqqgħet flimkien delegati minn bosta pajjiżi differenti, fosthom dawk mir-reġjun tal-Mediterran, dawk mill-Afrika, u anke l-Lvant Nofsani. Dan bil-għan li jiġu trattati diversi temi relatati mas-sajd u l-akwakultura, fosthom l-ekonomija marittima ċirkolari, is-sikurezza fl-ibħra tagħna, it-tisħiħ tal-biodiversità marittima, it-turiżmu u s-sostenibbiltà tal-kommunitajiet marittimi.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said iddeskriviet lil pajjiżna bħala protagonist fil-ħidma li qiegħda issir għall-bidla favur l-Ekonomija Blu, fejn spjegat kif matul is-snin il-Gvern Malti ħadem b'mod konsistenti biex jinvesti, u jniedi l-politika neċessarja, biex jassigura industrija tas-sajd iktar sostenibbli u vijabbli.

“Bħala gżira f'nofs il-Baħar Mediterran, l-identità, l-ekonomija u l-istorja tagħna huma intrinsikament marbuta mal-kapaċitajiet kummerċjali u marittimi tagħna. Filwaqt li kburin bir-rabta ta' pajjiżna mal-baħar, nirrikonoxxu l-bżonn ta' iktar żvilupp u progress fl-Ekonomija Blu," stqarret Bugeja Said.

Hija sostniet li pajjiżna dejjem lest jikkoopera ma' pajjiżi oħra fi ħdan il-Baħar Mediterran, bil-għan li jassigura sostenibbiltà reġjonali u li jipproteġi l-interessi tas-sajjieda tagħna.

“Malta huwa pajjiż li jemmen fil-bżonn ta' iktar kollaborazzjoni ma' pajjiżi ġirien tagħna sabiex flimkien  negħlbu numru ta' ostakli. Nemmen ukoll li din il-ġenerazzjoni għandha t-tagħrif, it-tagħmir u l-viżjoni neċessarja biex inħallu legat lill-ġenerazzjoni li jmiss," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI “Malta għaddejja b’ħidma favur il-bidla effettiva lejn l-Ekonomija Blu”- Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI “Malta għaddejja b’ħidma favur il-bidla effettiva lejn l-Ekonomija Blu”- Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI “Malta għaddejja b’ħidma favur il-bidla effettiva lejn l-Ekonomija Blu”- Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow