Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-perjodu għar-riċerka fuq is-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana jiftaħ għada taħt kundizzjonijiet strettament sorveljati

PR231634
Date Icon 19/10/2023

Il-gvern, wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-perjodu ta' riċerka fuq is-seba' speċi tal-għasafar tal-għana mill-20 ta' Ottubru sal-20 ta' Diċembru 2023, iż-żewġ dati inklużi.

Kull min se jipparteċipa fil-proġett ta' riċerka fuq l-għasafar tal-għana, taħt l-awtorizzazzjoni tal-liċenzja speċjali maħruġa f'ismu se jkun:

  • Obbligat iħarrab lura fis-selvaġġ kull għasfur tal-għana li jaqbad immedjatament wara li jkun iċċekkja jekk hux imlibbes ċurkett xjentifiku u jirrapportah dak il-ħin stess (speċi u ammont) billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma;
  • Obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket maħruġa f'ismu, li hija inkluża mal-liċenzja speċjali, jekk jaqbad għasfur tal-għana b'ċurkett xjentifiku;
  • Kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrapportat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
  • Imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar tal-għana qegħdin jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu kif spjegat fil-liċenzja speċjali;
  • Jirrapporta r-research effort kull meta jieħu sehem fil-proġett ta' riċerka u ma jkunx qabad għasafar tal-għana billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew juża l-mobile app 'Game Reporting MT', kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

    Deroga għall-insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2023

    Il-gvern, wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed ukoll iħabbar il-ftuħ tal-istaġun għall-insib tal-malvizz mill-20 ta' ottubru 2023 sal-31 ta' diċembru 2023, iż-żewġ dati inklużi, u għall-pluviera mill-1 ta' Novembru 2023 sal-10 ta' Jannar 2024, iż-żewġ dati inklużi, bi kwota nazzjonali ta' 5,000 malvizz u 700 pluviera.

     Kull min huwa liċenzjat li jonsob għall-malvizz u għall-pluviera se jkun: 
  • Obbligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew billi juża l-mobile app 'Game Reporting MT'. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma;
  • Jekk jaqbad malvizz jew pluviera b'ċurkett xjentifiku, obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket, maħruġa f'isem il-persuna bil-liċenzja, li hija inkluża mal-liċenzja speċjali;
  • Jirrapporta t-trapping effort kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx mlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f'ismu, jew juża l-mobile app 'Game Reporting MT', kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta' messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex wieħed isegwi, u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Kull min hu fil-pussess tal-liċenzja speċjali għar-riċerka tal-għana u/jew għall-insib tal-malvizz u l-pluviera legalment obbligat josserva r-regolamenti kollha marbuta ma' dawn iż-żewġ derogi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow