Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ippremjati l-proġetti mwettqa permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards

pr231624
Date Icon 18/10/2023

Numru ta' skejjel sekondarji u post-sekondarji ġew ippremjati għal diversi proġetti li ħejjew fis-sena skolastika li għaddiet permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards. Dan huwa wieħed mill-programmi li toffri Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li tippromwovi aktar abbiltajiet u responsabiltajiet sa minn età żgħira.

Waqt il-preżentazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qal li l-irwol ta' Aġenzija Żgħażagħ huwa li jaraw li ż-żgħażagħ f'pajjiżna jitilgħu b'valuri sodi sabiex ikunu ċittadini attivi fil-komunitajiet tagħhom.

Huwa kompla li dan il-programm qed iħarreġ lill-istudenti fuq diversi temi fosthom il-proċessi demokratiċi, ċittadinanza attiva u d-djalogu, fejn l-parteċipanti jistgħu jiksbu ħiliet ġodda. “Ninkoraġġixxi aktar inizjattivi simili ta' din immexxija minn Aġenzija Żgħażagħ, bit-tama li aktar skejjel jagħtu lok għal opportunitajiet bħal dan il-programm," temm jgħid Azzopardi Tanti.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma, indirizzat lill-istudenti preżenti u qalet li ta' kull sena aktar skejjel qegħdin jinteressaw ruħhom sabiex jidħlu għal dan il-programm, fejn permezz tiegħu qed ikomplu jrawwmu s-sens demokratiku f'aktar studenti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ippremjati l-proġetti mwettqa permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ippremjati l-proġetti mwettqa permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ippremjati l-proġetti mwettqa permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ippremjati l-proġetti mwettqa permezz tal-programm Student Councils Democracy Awards
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow