Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta ttenni t-talba tagħha għal aktar studji dettaljati biex jinkludu aktar portijiet tal-Mediterran li mhumiex fl-UE fl-estensjoni marittima tal-ETS

pr231620
Date Icon 18/10/2023

Il-Ministru Miriam Dalli tafferma li Malta lesta taħdem mal-Kummissjoni Ewropea biex tfittex soluzzjonijiet reġjonali

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli għal darb’oħra appellat lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq valutazzjoni aktar dettaljata sabiex tinkludi aktar portijiet tal-Mediterran li mhumiex fl-UE taħt l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE (emissions trading system - ETS) dwar it-trasport marittimu.

Il-Ministri tal-Ambjent tal-UE ddiskutew it-tħassib dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema għas-settur marittimu waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fil-Lussemburgu nhar it-Tnejn.

Il-Ministru Dalli affermat mill-ġdid l-impenn ta’ Malta għall-miżuri adottati mill-UE biex tindirizza t-tibdil fil-klima. Madankollu, Malta dejjem qajmet il-punt li għandhom jiġu indirizzati lakuni potenzjali li jistgħu jwasslu għal kundizzjonijiet inugwali bejn portijiet tal-UE u portijiet mhux tal-UE. Aktar pajjiżi ingħaqdu ma’ din is-sejħa ta’ Malta sabiex il-Kummissjoni Ewropea tieħu ħsieb din il-kwistjoni.

Wopke Hoekstra, il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni Klimatika, aċċetta l-proposta li jitkompla moniteraġġ, u kkonferma li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-istati membri u partijiet interessati oħra fil-portijiet, se tkompli tissorvelja u tiġbor informazzjoni dwar l-impatt tal-ETS fuq il-kompetittività ġenerali tas-settur marittimu tal-UE.

“Se nitkellmu magħkom biex niksbu l-informazzjoni li għandkom disponibbli, u naħseb li għandna niżguraw li nkomplu dak id-djalogu. Jekk l-informazzjoni li qed niġbru permezz ta’ dan il-monitoraġġ tagħti lok għal azzjoni addizzjonali, niddiskutuha,” qal il-Kummissarju Hoekstra.

Il-Ministru Dalli kkonfermat ir-rieda ta’ Malta li taħdem mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri differenti biex tiġi studjata mill-qrib din il-kwistjoni u jiġu identifikati soluzzjonijiet oħra biex jissolva t-tħassib attwali, u biex jevitaw kwalunkwe riperkussjonijiet. Hija talbet ukoll diskussjoni dwar soluzzjonijiet differenti għal appoġġ lill-industrija, biex ittaffi r-riskji u tevita r-rilokazzjoni tal-karbonju.

Intant, il-Ministru Miriam Dalli ħeġġet għal soluzzjonijiet reġjonali u globali urġenti fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tiġi indirizzata d-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tassew ekwi – sejħa li Malta tagħmel u se tkompli tagħmel b’mod konsistenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta ttenni t-talba tagħha għal aktar studji dettaljati biex jinkludu aktar portijiet tal-Mediterran li mhumiex fl-UE fl-estensjoni marittima tal-ETS
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow