Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiżdiedu s-servizzi tal-onkoloġija fil-qasam tal-kanċer tas-sider

PR231615
Date Icon 17/10/2023

Il-Ministeru għas-Saħħa beda joffri t-test tal-Oncotype DX għall-persuni li jkollhom tip partikolari ta' kanċer tas-sider li mhux neċessarjament ikollhom bżonn il-kimoterapija. Dan wara li fl-aħħar xhur dan it-test ġie approvat mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

It-test tal-Oncotype DX jgħin lit-tim mediku tal-pazjent jiddetermina jekk tistax tkun evitata l-kimoterapija u minflok jintuża trattament iżjed speċifiku jew jekk l-użu tal-kimoterapija jkunx neċessarju biex il-kanċer ma jinfirixx.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt żjara fid-Dipartiment tad-Day Care fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) fejn hemmhekk iltaqa' mal-pazjenti u l-ħaddiema. B'hekk, spjega d-Deputat Prim Ministru, il-professjonisti flimkien mal-pazjenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet iżjed infurmati dwar it-trattament tal-pazjent.

“Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Isptarijiet tagħna jkomplu jkunu fuq quddiem biex dejjem noffru l-iżjed trattamenti avvanzati lill-pazjenti tagħna," sostna d-Deputat Prim Ministru Fearne. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Jiżdiedu s-servizzi tal-onkoloġija fil-qasam tal-kanċer tas-sider
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow