Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħidma immedjata wara l-att ta’ vandaliżmu li sar fuq Bieb il-Bombi

pr231610
Date Icon 17/10/2023

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien mad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni qegħdin iwettqu ħidma konġunta, b'kordinament mal-Pulizija Eżekuttiva, sabiex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa wara vandaliżmu kundannabbli għall-aħħar li sar minn xi ħadd jew xi wħud fuq Bieb il-Bombi fil-Floriana.

Il-Ministeru jikkundanna bil-qawwa kollha dan l-att vandalu. Bieb il-Bombi jirrappreżenta patrimonju kulturali u storiku. Permezz ta' din il-kollaborazzjoni, tħejja pjan biex titneħħa l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dan l-att ta' vandaliżmu. Fil-fatt, restawraturi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni se jibdew bit-tindif b'mod immedjat bil-għan li jitneħħa kompletament dan l-isfreġju.

Il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna jagħtina identità u huwa proprju għalhekk li dan il-Gvern jibqa' kommess li jissalvagwardja u jipproteġi l-patrimonju kulturali ta' pajjiżna sabiex b'hekk jippreserva dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow