STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ħidma immedjata wara l-att ta’ vandaliżmu li sar fuq Bieb il-Bombi
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali flimkien mad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni qegħdin iwettqu ħidma konġunta, b'kordinament mal-Pulizija Eżekuttiva, sabiex jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa wara vandaliżmu kundannabbli għall-aħħar li sar minn xi ħadd jew xi wħud fuq Bieb il-Bombi fil-Floriana.
Il-Ministeru jikkundanna bil-qawwa kollha dan l-att vandalu. Bieb il-Bombi jirrappreżenta patrimonju kulturali u storiku. Permezz ta' din il-kollaborazzjoni, tħejja pjan biex titneħħa l-ħsara li setgħet ġiet ikkawżata minn dan l-att ta' vandaliżmu. Fil-fatt, restawraturi mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni se jibdew bit-tindif b'mod immedjat bil-għan li jitneħħa kompletament dan l-isfreġju.
Il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna jagħtina identità u huwa proprju għalhekk li dan il-Gvern jibqa' kommess li jissalvagwardja u jipproteġi l-patrimonju kulturali ta' pajjiżna sabiex b'hekk jippreserva dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en