Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ftehim bejn il-Gvern Malti u r-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal u l-Kunflitti Armati

pr231609
Date Icon 17/10/2023

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu skambju ta' ittri mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal u l-Kunflitti Armati (SRSG CAAC), Virginia Gamba, fejn sar qbil biex jingħata bidu għal taħriġ avvanzat dwar it-tfal u l-kunflitti armati li għandu jiġi organizzat mill-Uffiċċju tal-SRSG bl-appoġġ finanzjarju tal-ministeru.

It-Tfal u l-Kunflitti Armati hija waħda mill-prijoritajiet ta' Malta matul il-mandat tagħha ta' sentejn bħala membru elett fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

L-għan tat-taħriġ avvanzat huwa li jżid l-għarfien dwar il-qafas legali dwar it-tfal u l-kunflitti armati u sabiex jiżviluppa ħiliet u kompetenzi biex jindirizza aħjar il-protezzjoni tat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat. Il-kors onlajn se jkun fih kemm self-paced modules kif ukoll live modules, u se jkun miftuħ għall-professjonisti li jikkontribwixxu jew li hemm ċans li jservu f'diversi kapaċitajiet għall-implimentazzjoni tal-aġenda dwar it-tfal u l-kunflitti armati, fosthom persuni mill-entitajiet tan-Nazzjonijiet Magħquda, gvernijiet, organizzazzjonijiet reġjonali, NGOs internazzjonali, professjonisti legali, ġurnalisti u uffiċjali tal-komunikazzjoni, persunal militari, kif ukoll akkademiċi u studenti.

Din l-inizjattiva ssegwi l-proġett pilota tal-Virtual Summer Schooldwar il-Protezzjoni tat-Tfal f'Kunflitti Armati, organizzata mill-Uffiċċju tal-SRSG CAAC b'kollaborazzjoni u bl-appoġġ finanzjarju tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Din l-inizjattiva, li saret is-sena li għaddiet, laqqgħet flimkien 42 parteċipant bi professjonijiet differenti relatati mal-implimentazzjoni tal-aġenda dwar it-tfal u l-kunflitti armati.

Matul il-laqgħa tagħhom, il-Ministru Borg u SRSG Gamba esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-kollaborazzjoni kontinwa dwar dan il-proġett, ispirat mis-suċċess kbir tal-ewwel edizzjoni tal-kors. Huma esprimew ukoll ir-rieda tagħhom li jkomplu jikkollaboraw biex isaħħu l-capacity building fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal f'kunflitti armati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ftehim bejn il-Gvern Malti u r-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal u l-Kunflitti Armati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Ftehim bejn il-Gvern Malti u r-Rappreżentanta Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal u l-Kunflitti Armati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow