STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitħabbar l-ewwel tim Għawdxi li se jieħu sehem fl-44 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ltaqa' mat-tim Għawdxi li għall-ewwel darba se jieħu sehem fl-44 edizzjoni tar-Rolex Middlesea Race, bid-dgħajsa Gozo Dream.
“Il-Ministeru għal Għawdex kien fuq quddiem nett sabiex din il-ħolma għal dan il-proġett ambizzjuż issir realtà u tkompli tagħti isem tajjeb lil Għawdex. Aħna nemmnu fl-isports u kommessi li nagħtu s-sapport tagħna sabiex l-isportivi Għawdxin ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom u jkollhom ukoll l-aqwa faċilitajiet," tenna l-Ministru Camilleri.
Permezz tal-għajnuna finanzjarja tal-gvern, Għawdex se jkun rappreżentat f'dan l-avveniment internazzjonali tas-sailing, u d-dgħajsa ġiet armata sabiex tkun aktar kompetittiva.
Noel Grech li huwa skipper u s-sid tad-dgħajsa rringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex għall-għajnuna li sabu sabiex setgħu jipparteċipaw għall-ewwel darba f'din il-kompetizzjoni prestiġjuża filwaqt li qal li jħarsu 'l quddiem għal iżjed kompetizzjonijiet bħal dawn.
Il-crew esperjenzat Għawdxi se jkun magħmul minn Noel Grech, Joel Xibberras, Dr Simon Mifsud, James Pace, Joe Sultana, Christopher Tabone, Victor Azzoppardi, Alex Mangion u Nils Adam.
Ir-Rolex Middlesea Race, li se tkun twila 606 mili nawtiċi, se tibda s-Sibt 21 ta' Ottubru, mill-Belt Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en