STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Kollaborazzjoni bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Ladies Cultural Club
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ppresjeda għall-iffirmar ta' ftehim bejn il-Ladies Cultural Group u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC), biex dawn tal-aħħar jibdew joffru numru ta' sessjonijiet ta' tagħlim lill-membri li jiffurmaw parti mill-Ladies Cultural Club.
Il-Ladies Cultural Club ilu mwaqqaf għal numru ta' snin u huwa magħmul minn grupp ta' voluntiera. Huma jorganizzaw diversi attivitajiet, taħditiet interessanti fuq suġġetti varji u ħruġ kulturali għall-membri tagħhom.
Il-Ministru Jo Etienne Abela tkellem fuq l-importanza li għaqdiet bħal dawn ikomplu jkunu attivi u joffru spazji fil-komunità fejn wieħed mhux biss ikun qed jattendi għal sessjonijiet ta' tagħlim u jsegwi programm ta' ħruġ kulturali, iżda wkoll ikompli jkun parti mill-komunità u anke jaqsam il-ħsibijiet tiegħu.
Il-Ministru Abela temm jgħid kif bħala Gvern kommessi li jkomplu joffru l-għajnuna kollha possibbli sabiex ikomplu jgħinu l-anzjani li jgħixu fil-komunità, fejn anke joffru spazji li jgħinuhom iħossuhom iktar parti mill-komunità.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en