Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SUPRETENDENT GĦAS-SAĦĦA PUBBLIKA Tilqim tal-influwenza staġjonali u l-booster tal-COVID-19

pr231605
Date Icon 16/10/2023

Mil-lum, it-tilqim tal-influwenza staġjonali u l-booster tal-Covid għas-sena 2023/2024 issa huma disponibbli għall-adulti, mingħajr ħlas miċ-ċentri tas-saħħa kollha u mill-kliniċi tal-komunità skedati, mingħajr il-bżonn t'appuntament. Iċ-ċentri tas-saħħa se jkunu qed jipprovdu dan is-servizz mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10:00am sas-7:00pm.

Is-Sibt 28 ta' Ottubru u l-Ħadd 29 ta' Ottubru 2023, tfal minn 6 xhur sa 5 snin u tfal li jbatu minn mard kroniku se jkunu eliġibbli għat-tilqim mill-kliniċi nazzjonali ta' immunizzazzjoni (NIS) fil-Mosta, Raħal Ġdid, il-Furjana u x-Xewkija, Għawdex. Il-ġenituri li jakkumpanjaw lil uliedhom ukoll se jingħataw l-opportunità li jirċievu t-tilqima huma wkoll. Il-kliniċi kollha tal-NIS se joperaw mit-8:00am sas-7:00pm.

It-tfal u adolexxenti sa 17-il sena mbagħad jiġu offruti l-vaċċin, jew spray nażali, fuq 3 weekends li jibdew mill-4 ta' Novembru u jispiċċaw il-Ħadd 19 ta' Novembru mill-kliniċi nazzjonali tal-immunizzazzjoni fil-Mosta, Raħal Ġdid, il-Furjana u x-Xewkija, Għawdex. Il-kliniċi kollha tal-NIS se joperaw mit-8:00am sas-7:00pm. Wara l-20 ta' Novembru, it-tfal kollha minn 6 xhur sa 17-il sena se jitlaqqmu mill-kliniċi regolari kollha tal-NIS mit-8:00am sas-1:00pm, skont il-ħinijiet regolari tal-ftuħ/operat tagħhom.

Il-vaċċin tal-Covid jista' jingħata fl-istess jum tal-vaċċini tal-influwenza jew kwalunkwe jum qabel jew wara l-vaċċin tal-influwenza, fil-pazjenti kollha ħlief dawk li qatt ma ħadu vaċċin tal-Covid qabel. Dawn tal-aħħar huwa rrakkomandat intervall ta' ġimagħtejn bejn id-dożi tal-vaċċin tal-influwenza u l-vaċċin tal-Covid.

Individwi li rriżultaw pożittivi għal COVID-19, jistgħu jirċievu l-vaċċin tal-COVID-19 mill-inqas 4 ġimgħat wara li jkunu ttestjaw pożittivi.

Il-klijenti kollha li jattendu għat-tilqim għandhom jieħdu d-dokumenti li ġejjin:

  • Karta tal-identità;
  • Karta tat-Tilqim tal-Covid-19 (jekk qed tieħu l-vaċċin tal-Covid);
  • Maskra;
  • Ktieb tat-trabi (jekk il-klijent huwa tifel/tifla).

Għall-aġġornamenti regolari u informazzjoni dwar l-iskeda tat-tilqim żur il-paġna ta' Facebook tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.

PR231605en

PRESS RELEASE BY THE SUPERINTENDANCE OF PUBLIC HEALTH

Seasonal influenza and COVID-19 booster vaccination

The Seasonal Influenza Vaccine and Covid booster are now available for all adults over the age of 18 years from all health centres and scheduled community clinics, free of charge and without the need to book an appointment. Health centres will be providing this service from Monday to Friday from 10:00am to 7:00pm.

On Saturday 28th October and Sunday 29th October 2023, children aged 6 months to 5 years and children suffering from chronic diseases will be eligible for vaccination from the national immunisation clinics (NIS) in Mosta, Paola, Floriana and Xewkija, Gozo. Parents accompanying their children will also be offered the vaccines on the day. All the NIS clinics will operate from 8:00am to 7:00pm.

All children and adolescents under 17 years will then be offered the vaccine, or nasal spray, over 3 weekends starting from the 4th November and ending on Sunday 19th November from the national immunisation clinics in Mosta, Paola, Floriana and Xewkija, Gozo. All the NIS clinics will operate from 8:00am to 7:00pm. After the 20th November, all children from 6 months to 17 years may be vaccinated from all regular NIS clinics from 8:00am to 1:00pm according to their regular opening/operating hours. 

The Covid vaccine can be given on the same day as the influenza vaccines or any day before or after the influenza vaccine, in all patients EXCEPT those who have never had a Covid vaccine before. Therefore, 2 weeks in between doses of the flu vaccine and covid vaccine is recommended for people who never had a COVID vaccine before. Individuals who have tested positive for COVID-19 can receive the COVID-19 vaccine a minimum of 4 weeks after testing positive.

All clients attending for vaccination are to take the following documents:

  • ID Card;
  • Covid Vaccination Cards (if taking the Covid vaccine);
  • Facemask;
  • Baby book (if client is a child).



    For regular updates and vaccination schedule information, kindly visit the Health Promotion and Disease Prevention Facebook page.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow