STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati tal-Irkant u l-Allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta – Ottubru 2023
pr231595
13/10/2023
It-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-irkant u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta ta' Ottubru 2023.
Sa nofsinhar tad-data tal-għeluq tal-Ġimgħa, it-13 ta' Ottubru 2023, it-Teżor irċieva wieħed u tmenin (81) offerta għall-valur nominali ta' Euro 351.9 miljun waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' Euro 200 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' Euro 150 miljun.
It-Teżor qiegħed jalloka l-ammont ta' Euro 341.9 miljun, kif jidher hawn taħt:
| IRKANT | ||
| Offerti Mitfugħa | Ammont Allokat | |
| Nominali (€) | Nominali (€) | |
| 3.85% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (VI) | 177,500,000 | 177,500,000 |
| 3.95% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (VII) | 174,400,000 | 164,400,000 |
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mir-riżultati tal-irkant li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en